Joħroġ avviż ta’ infurzar ta’ emerġenza fuq il-fish farms – One News

Notifiki

Joħroġ avviż ta’ infurzar ta’ emerġenza fuq il-fish farms

L-awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta’ nfurzat ta’ emerġenza fil-konfront ta’ erba’ operaturi ta’ fish farms li qed joperaw mhux skont il-liġi. F’laqgħa bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, u d-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura mal-operaturi, ġie deċiż li sa nhar it-Tnejn ħamsa ta’ Settembru, l-operaturi iridu jippreżentaw kif se jindirizzaw l-illegalitajiet, u kif se jneħħuhom f’perjodu raġjonevoli.

Fl-istess waqt, l-Awtorità żammet id-dritt li tieħu azzjoni diretta kemm il-darba tqis li l-operaturi ma jiħdux azzjoni adegwata. Dan filwaqt li żżomm ukoll id-dritt li tirtira l-permessi. Tnejn mill-fish farms tat-tonn jinsabu qrib Kemmuna u s-Sikka l-Bajda, ‘l barra minn San Pawl il-Baħar, u tnejn oħra ‘il barra minn Marsaxlokk. L-Awtorità għamlitha ċara mal-operaturi li l-mod kif qed joperaw il-fish farms tat-tonn huwa inaċċettabbli, u qed jaffetwa ħażin il-kosta, li fiha jkun hemm kemm turisti kif ukoll Maltin.

Bl-avviż ta’ nfurzar l-Awtorità b’hekk qed tfittex li b’effett immedjat, l-operaturi jiġu konformi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-permessi rispettivi tagħhom. Dan kemm fin-numru ta’ strutturi, u l-ħidma tagħhom. Intant il-ġimgħa ddieħla se jkun ippubblikat avviż legali rivedut, li se jdaħħal multi amministrattivi eħrex, bil-għan li l-illegalitajiet fl-akwakultura jonqsu. Dan b’multi li jitilgħu sa elfejn ewro kuljum, u b’massimu magħdud ta’ mitejn elf ewro.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Aktar importanti mill-multi, jekk dawn qed jaqilghu il-mijiet ta’ eluf , jekk mhux miljuni, hu li jew li l-gageg jigu rmunkati l-barra hafna mill-kosta, u/jew li jittiehdulhom il-licenzji.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend