Grima taħt att ta’ akkuża fil-każ ta’ traffikar ta’ droga – One News

Notifiki

Grima taħt att ta’ akkuża fil-każ ta’ traffikar ta’ droga

Il-qorti sabet biżżejjed provi biex takkuża lil Joseph Rodney Grima, l-Għawdxi ta’ tlieta u għoxrin sena li nhar it-Tlieta inqabad fid-dwana jipprova jdaħħal ħmistax-il kilo kokaina, bi traffikar tad-droga.

Dan wara li ż-żewġ uffiċjali ta’ dwana, li assistew lill-uffiċjali tax-xena tar-reat jsibu 36 pakkett ta’ kokaina fit-tank tal-petrol tal-Mercedes ta’ Grima taw ix-xhieda tagħhom.

L-uffiċjali xhedu kif użaw apparat li jaħdem bil-fibre optics biex jeżeminaw il-karozza u li meta qalgħu is-seats ta’ wara tal-karozza sabu kaxxi tad-diesel, li ġo fihom inżammu l-pakketti tad-droga.

Grima inżamm taħt arrest wara li tneħħitlu l-libertà provizjorja riżultat ta’ appell tal-Avukat Ġenerali minn deċiżjoni xort’ oħra tal-Qorti tal-Maġistrati.

L-avukat ta’ Grima saħaq li peress li x-xhieda tal-uffiċjali ngħatat, ma kienx hemm possibilità ta’ tbabis tal-evidenza, għalhekk l-akkużat kellu jingħata kundizzjonijiet inqas iebsa.

Madanakollu l-ispettur tal-prosekuzzjoni Jonathan Cassar qal li l-każ għadu fi stadju preliminari u li eventwalment jista jinvolvi x-xhieda t’iktar nies għaldaqstant talab li Grima jinżamm taħt arrest.

Talba li ntlaqgħet mill-Maġistrat Neville Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend