Wara attakk biex ħadulhom il-handbag, m’għadhiex fil-periklu tal-mewt – One News

Wara attakk biex ħadulhom il-handbag, m’għadhiex fil-periklu tal-mewt

 M’għadhiex fil-periklu tal-mewt it-tfajla ta’ 25 sena li ndarbet serjament b’arma li taqta’ u bil-ponta nhar il-Ħadd li għadda.

L-aħbar tajba hi li qalbet għall-aħjar u nħarġet mill-ITU.

Nhar il-Ħadd it-tfajla kienet ma’ Pollakka ta’ 33 sena u huma u  mexjin fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan, ġew avviċinati minn persuna mhux magħrufa, li prova jisirqilhom il-handbags.

Persuni li tkellmu magħna qalulna li tfalja taħdhem bħala interpretu fil-Parlament Ewropew fi Brussell u l-kummissjoni ewropea. Nifmhu li tfajla kienet Malta għal vaganzi.

Sadanittant il-pulizija għaddha għaddeja bl-investigazzjoni tagħha sabiex jinqabad l-aggresur.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. It-tieni l-aqwa ahbar tkun li inqabad minn wettaq dan l-att kriminali u jinqafel ghall-hafna snin u meta jiskonta is-sentenza u jekk huwa barrani, jigi imkecci.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend