Titnaddaf scrapyard illegali f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Titnaddaf scrapyard illegali f’Ħal Qormi

Il-Kunsill ta’ Ħal Qormi flimkien mal-Awtorita’ tal-Ippjanar naddfu scrapyard illegali li kienet ilha topera minn qalb żona residenzjali għal kważi għoxrin sena.

Din l-iscrapyard tinsab fi triq Amleto Spiteri Ħal Qormi, żona residenzjali li fiha jgħixu ħafna familji. Aktar minn għoxrin sena ilu din l-art nkriet mingħand il-privat u spiċċat żviluppat fi scrapyard illegali b’detriment għas-saħħa u l-ambjent tal-istess Qriema.

F’kummenti ma’ one.com.mt, is-Sindku ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar, spjegat li matul l-aħħar erba’ snin saret pressjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex din l-art titnaddaf u tirritorna għall-istat originali. Hija spjegat li minħabba din l-iscrapyard illegali, il-valur tal-propjeta’ tal-madwar niżel drastikament hekk kif kienet ta’ detriment għas-saħħa tar-residenti. Għall-ewwel l-Awtorita’ sabet reżistenza iżda issa l-iscrapyard tnadfet kompletament bħalma jista’ jidher ċar mir-ritratti.

scrapyard gewwa

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend