Notifiki

L-AUM tfittex pass ieħor f’Bormla

Nhar il-Ħamis, l-Awtorità tal-Ippjanar mistennija tiddeċiedi fuq xogħol f’Bormla li huwa parti mill-proġett tal-American University of Malta. Issa li r-restawr il-Baċir Numru Wieħed huwa avvanzat ferm l-investituri tal-American University of Malta se jkunu qed ifittxu permess għal estensjoni ta’ sular f’Baċir Numru Wieħed b’mod li jikkumplimenta l-post u jkompli jsebbaħ dak li qed isir wieħed mill-iktar postijiet attraenti fil-Kottonera.

Fil-pass li jmiss hemm ukoll it-tneħħija ta’ ammonti kbar ta’ asbestos li kien komuni ħafna f’postijiet li kienu jintużaw bħala Tarzna u li huwa ta’ periklu kbir għas-saħħa.

Il-proġett qed jgħin bil-kbir fir-riġenerazzjoni tal-post tant li d-Direttorat tal-Ippjanar qed jipproponi li jkun approvat. Jekk tasal l-approvazzjoni tal-Ħamis, l-investituri jkunu għamlu pass ieħor fi proċess dettaljat u delikat li se jwassal biex jinvestu miljuni kbar ta’ ewro bil-għan li jġibu lejn Malta eluf ta’ studenti biex jistudjaw fuq livell terzjarju. Dan f’wieħed mill-ikbar proġetti fin-nofsinhar ta’ Malta f’ħafna snin.

Is-Sadeen Group, li huma l-investituri, iffaċjaw ukoll proċess metikoluż b’rabta mal-akkreditazzjoni ta’ Università. Peró finalment irriżultat li finalment laħqu l-kriterji kollha, anke għax tul il-proċess akkademiku qed ikunu appoġġjati minn universitajiet amerikani ta’ statura liema bħalha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend