Il-viżjoni wara Brexit – One News

Notifiki

Il-viżjoni wara Brexit

L-iktar mexxejja Ewropej b’saħħithom tkellmu dwar il-viżjoni tagħhom għal Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi laqa lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u lill-President Franċiż Francois Hollande fil-gżira Ventotene viċin Napli.

Il-mexxejja ltaqgħu hekk kif is-sens ta’ ewroxettiċiżmu fl-Unjoni Ewropea qiegħed dejjem jikber, filwaqt li tibqa għaddejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u dik ekonomika.

Renzi qal li jixtieq jikteb kapitlu għall-futur li jkun iffukat fuq id-difiża komuni, sigurta u tkabbir ekonomiku, speċjalment billi jkun indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Minkejja l-ottimiżmu, Merkel ammettiet li l-Unjoni Ewropea issa qed taffaċċja sfidi enormi, fosthom it-terroriżmu u l-gwerra ċivili fis-Sirja. Qalet li jeħtieġ isir iktar fis-sigurta interna u esterna.

Hollande appella biex l-Unjoni Ewropea turi unita u koeżjoni fid-dawl li dejjem qed jiżdiedu partiti politiċi lemini estremi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Għalfejn ma għedtux li jridu jagħmlu l-armata Ewropea?
    Dan se jwassal biex tidħol il-lieva ħalli t-tfal Maltin imorru jitqatlu fi gwerer illegali Amerikani-NATO-UE.
    Irridu referendum ħalli nitilqu.
    Se ġġibuha din?
    Qed inżomm kopja u se nibgħata lil ħbieb ħalli jimpustawha fuq facebook.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend