BIL-FILMAT: Pingwin jingħata promozzjoni għal Brigadier! – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Pingwin jingħata promozzjoni għal Brigadier!

Probabbilment, din hija l-iktar spezzjoni tal-gwardja li qatt rajt, iżda għalkemm rari f’ għajnejk, hija proċedura li mdorri jagħmilha sew Sir Nils Olav pingwin fiż-Żoo ta’ Edinburgh fl-Iskozja.

 

Sir Nils Olav huwa l-iktar pingwin b’ unuri militari u issa saħansitra qala’ promozzjoni għal Brigadier.
Il-pingwin, li huwa il-maskot tar-reġiment tal-familja rjali tan-Norveġja, ingħata t-titlu ta’ Kavallier mir-Re Harald il-Ħamsa tmien snin ilu.
Ġest li iż-Żoo ta’ Edinburgh iqisu turija tar-relazzjoni b’saħħita li hemm bejn in-Norveġja u l-Iskozja.
Dritt, dritt il-pingwin mexa qalb il-membri tal-armata, qisu kien konxju tal-preġju tat-titlu l-ġdid tiegħu.
Daqstant gost bih jieħdu l-membri tal-gwardja li qalu li allavolja jkollom ħafna inspezzjoniet, din hija l-iktar waħda li jieħdu gost biha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *