Abbatini Maltin u Għawdxin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku – One News

Notifiki

Abbatini Maltin u Għawdxin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

Abbatini Maltin u Għawdxin iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem Santa Marta. Il-Papa talab li l-ewwel jieħdu ritratt tal-grupp u imbagħad sellem lill-abbatini wieħed wieħed.

Dawn l-abbatini qegħdin l-Vatikan bejn il-5 u t-23 t’Awwissu, biex offrew s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru lbieraħ.

Wara li ttieħed r-ritratt, il-Papa dar u ħa b’idejn kull abbati. Matul il-laqgħa l-Papa rringrazzja lill-abbatini tal-għajnuna u l-impenn tagħhom filwaqt li talabhom biex jitlobu għalih. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Papa qal li jrid iberikom, għalhekk għamel waqfa ta’ silenzju, u wara berikhom u tahom kuruna tar-ruzarju filwaqt li rega’ qalilhom biex jitolbu ghalih.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Sa fejn naf jien, kull Għawdxi huwa Malti, mela meta nindirizzaw lil xi ħadd minn kwalunkwe xaqliba tal-gżejjer Maltin għandna nindirrizzawh bħala Malti għax dik hi l-identita’ taċ-ċittadini ta’ dan in-nazzjon/stat sovran. Għawdex, bħal Kottonera, jew ix-Xlokk huwa reġjun imma mhux pajjiż.

    Kull darba li tinstema’ l-frażi “Maltin u Għawdxin” qiesna qed nirreferu għaċ-ċittadini ta’ Trinidad and Tobago!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend