Ippublikat avviż legali li jinforza l-liġi tal-finanzjament tal-partiti – One News

Notifiki

Ippublikat avviż legali li jinforza l-liġi tal-finanzjament tal-partiti

“Pass ieħor fit-triq għat-trasparenza” – Owen Bonnici

Kien ippubblikat l-avviż legali dwar il-forma tar-Rendikont Annwali u Finanzjarju tal-Partit Politiċi. Dan f’pass ieħor biex tkun attwata l-liġi tal-finanzjament tal-partiti, wara li fl-aħħar ġimgħat il-partiti politiċi rreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali għall-ewwel darba.

L-avviż legali jistabbilixxi disa’ sezzjonijiet li l-partiti jridu jimlew biex ikun hemm it-tagħrif kollu. B’hekk dan kollu se jkun qed ipoġġi rendikonti finanzjarji tal-partiti f’konformità mal-ogħla livelli ta’ financial reporting internazzjonali. B’hekk ir-rendikonti finanzjarji tal-partiti politiċi Maltin issa se jkunu tal-istess livell ma’ dawk ta’ entitajiet kummerċjali kbar Maltin u anke dawk internazzjonali.

Qabel kollox, l-avviż legali ppubblikat mill-Ministru Owen Bonnici, huwa f’kontinwazzjoni mal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi biex jippreparaw r-rendikonti finanzjarji annwali li wara li jiġu sottomessi għall-awditjar, jiġu eventwalment ippubblikati mill-Kummissjoni Elettorali għal konsum pubbliku.

Id-dokument kif mitlub mill-avviż legali jagħmel ir-rendikont finanzjarju tal-partit anktar komprensiv u joffri tagħrif ċar fuq l-attività u l-qagħda finanzjarja tal-partit skont l-ispirtu tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Liġi li fi kliem il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici hija mibnija fuq “il-kontabbiltà u t-trasparenza tal-operat tal-partiti politiċi.”

“Il-liġi daħħal serjetà u s-serjetà tfisser li l-mod kif tgħamel l-affarijiet ikun skont prassi internazzjonali. U għalhekk ir-riga li aħna nitolbu minn naħa ta’ awditjar skont livelli stabbiliti. Dak li japplika għal privat. Is-serjetà li rridu mill-privat, irriduha wkoll mill-partiti politiċi,” qal il-Ministru Bonnici.

Fisser kif huwa konxju tal-piż fuq il-partiti politiċi. U għalhekk il-Kummissjoni Elettorali għamlet linji gwida li biha jgħinu lill-partiti biex tagħti l-għajnuna tagħhom.

“Iżda, l-iktar ħaġa importanti hi dik li issa l-poplu se jkun jaf iktar dettall il-mod kif il-partiti politiċi jikkonduċu l-flus li se jiġbru mingħand id-donaturi tagħhom. Din wiegħda kruċjali ta’ kif twettaq it-trasparenza politika. Ħaddieħor kien ipaċpaċ. Aħna aġixxejna u għamilna d-differenza,” qal il-Ministru Bonnici.

ID-DISA’ SEZZJONIJIET TAD-DOKUMENT LI JRIDU JIMLEW IL-PARTITI HUMA

  1. Informazzjoni ġenerali
  2. Rapport tal-amministratturi
  3. Rapport tar-responsabbiltajiet tal-amministraturi
  4. Rapport tal-awditur indipendenti tal-partit politiku
  5. Rapport tad-dħul u ħruġ
  6. Rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja
  7. Rapport dwar il-moviment fir-riservi finanzjarji
  8. Rapport dwar il-moviment tal-fondi u
  9. Noti
Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend