Notifiki

“Napprezza li minkejja d-diffikultajiet, irnexxielu jintlaħaq qbil”

Wara li daħlet il-liġi ta-identita’ tal-ġeneru, l-Gvern Malti ddeċieda li għandu jkun parti minn minoranza fl-Ewropa li jdaħħal dan l-istess dritt fil-faċilitá korrettiva ta’ Kordin.

Din il-policy se tkun bbażata fuq l-awtonomija tal-persuna bl-għan li twassal għal aktar ugwaljanza u inklużjoni għar-residenti trans fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin. Il-priġunieri se jkunu reġistrati skont id-dokument uffiċjali fosthom iċ-ċertifikat tat-twelid jew il-karta tal-identitá. Filfatt, erba’ persuni trans diġá kienu rilokati għad-diviżjoni tan-nisa.
Dwar dan one.com.mt tkellem maċ-Chairperson tal-Malta Gay Rights Movement, Gabi Calleja.B’reazzjoni għal dan hija spjegat li din il-policy timplimenta u tikkumplimenta l-liġi tal-identita’ tal-Ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess li daħlet fis-seħħ f’April tal-2015. Calleja stqarret li hija sodisfatta u li tapprezza li minkejja d-diffikultajiet, irnexxielu jintlaħaq qbil dwar kif għandhom jiġu mħarsu d-drittijiet u d-dinjita’ tal-persuni Trans fil-ħabs – li huma partikolarment vulnerabbli u għalhekk huwa importanti li jkun hemm politika ċara, miżuri, proċeduri u strateġiji li jiproteġu lil dawn il-persuni.

Iċ-Ċhairperson elenkat li l-fatt li dawn il-persuni se jkunu akkommodati fis-sezzjoni li tirrifletti l-identita’ tal-ġeneru tagħhom se tkun qed tisalvagwardja d-drittijiet tagħhom.

Dwar il-fatt li huma ftit il-pajjiżi Ewropej li għandhom din il-policy, Gabi saħħqet li din turi li hemm rieda politika li liġijiet li ddaħlu fis-seħħ ikollhom effett reali fil-ħajja tal-persuni LGBTIQ. Spjegat li din il-policy tpoġġi responsabbiltajiet ġodda fuq l-awtoritajiet tal-ħabs, fosthom ta’ taħriġ tal-gwardjani, ta’ proċeduri ġodda u ta’ sorveljanza aktar sensittiva għal dawk li huma l-bżonnijiet u l-vulnerabiltajiet partikolari ta’ ħabsin Trans.

Pajjiżna qed jikseb bosta suċċessi importanti f’ dawk li huma libertajiet ċivili, iżda x’inhu l-pass ‘il quddiem?

Għal dan, Calleja wieġbet li bħalissa hemm diversi abbozzi ta’ liġi li għaddejjin mill-Parlament fosthom dik dwar il-prattiċi ta’ konverżjoni kif ukoll il-liġi ta’ ugwaljanza. Hija kompliet tgħid li l-ħidma li qed issir biex jiġu mplementati l-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni LGBTIQ 2015-2017, li ġie mniedi f’ Lulju tas-sena l-oħra hija importanti ferm. “Hemm diversi setturi li għad jonqos li jsir avvanz fihom fosthom dak tas-saħħa u s-sigurta'” temmet tgħid Gabi Calleja.

Priġunieri transgender qed jiġu allokati skont is-sess tagħhom

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend