Ma jistgħux jippreżentaw fuq it-televiżjoni qabel jitilfu l-piż – One News

Ma jistgħux jippreżentaw fuq it-televiżjoni qabel jitilfu l-piż

Stazzjon tat-televiżjoni fl-Eġittu issospenda tmien preżentaturi għax huma meqjusin li għandhom piż żejjed. Minkejja li se jibqgħu jitħallsu dawn ma jistgħux imorru lura għax-xogħol qabel jitilfu l-piż.

Waħda minn dawn il-preżentatriċi hija Khadija Khattab, li tidher f’dan ir-ritratt.

preżentatriċi

Khadija pprotestat kontra din is-sospensjoni ma ġurnali bħal Al-Yawm al-Sabi kif ukoll mal-BBC, fejn qalet li għandu jkun il-pubbliku li jiġġudika jekk għandiex piż żejjed u jekk tistax tidher fuq it-televiżjoni.
Din l-aħbar ġiet ikkundannata miċ-ċentru tal-gwida legali li stqarr li din hija forma ta’ vjolenza fuq in-nisa. Il-liġi li daħlet fis-seħħ fl-2014, tgħid li għandu jkun hemm ugwaljanza bejn is-sess femminili u dak maskili f’kull settur.


 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend