Lulju: il-wardens b’5,790 ċitazzjoni inqas – One News

Notifiki

Lulju: il-wardens b’5,790 ċitazzjoni inqas

F’Lulju li għadda l-ammont ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali naqas b’5,790 meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Tagħrif li ksibna mill-Aġenzija tal-Infurzar Lokali jindika li kien hemm tnaqqis kważi f’kull tip ta’ ċitazzjoni, ħlief għal dawk maħruġa mill-Pulizija.

F’Lulju b’kollox inħarġu 31, 327 ċitazzjoni – tnaqqis ta’ 7,968 fuq sena qabel. Dan meta tqis iċ-ċitazzjonijiet kollha, u mhux biss dawk maħruġa mill-gwardjani lokali.

Din l-istatistika tkompli tikkonferma r-rieda tal-Gvern li jħaddan sistema li teduka lil-pubbliku biex jevita kontravenzjonijiet, aktar jkun immultat meta jwettaqhom. Din hija bidla fil-mentalità li l-Gvern qed iwettaq b’konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali.

Ir-riżultati tax-xahar li għadda jsewgu tnaqqis fl-ammont ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn gwardjani lokali fl-ewwel nofs ta’ din is-sena; tnaqqis ta’ 34,428 ċitazzjoni.

Din hi l-istatistika għax-xahar li għadda, meta mqabbel ma’ Lulju 2015.

Multi minn gwardjani lokali (wardens) 

2016 – 16,544

2015 – 22,334

Tnaqqis ta’ 5,790

Multi għal sewqan eċċessiv

2016 – 7,539

2015 – 8, 261

Tnaqqis ta’ 722

Multi li nħarġu wara eżaminazzjoni ta’ cameras CCTV

2016 – 1,918

2015 – 3,297

Tnaqqis ta’ 1,379

Multi maħruġa mill-Pulizija 

2016 – 4,345

2015 – 4,186

Żieda ta’ 159

Multi minħabba nuqqas ta’ rispett lejn is-sistema edukattiva (bħal tfal li ma ntbagħtux l-iskola) 

2016 – 356

2015 – 364

Tnaqqis ta’ 8

Multi minn Transport Malta

2016 – 625

2015 – 853

Tnaqqis ta’ 228

Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena, l-iktar reġjun fejn jingħataw ċitazzjonijiet huwa dak taċ-ċentru u jsegwi hemm dak tax-Xlokk. F’Għawdex ingħataw biss 6,527 ċitazzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend