Jekk tmut f’inċident waqt Santa Marija, tkun mitt inqas minn jum normali? – One News

Jekk tmut f’inċident waqt Santa Marija, tkun mitt inqas minn jum normali?

Jekk bniedem imut f’inċident tat-traffiku waqt festa, inkun miet inqas minn ħaddieħor li ma mietx f’jum normali?
U jekk regola tat-traffiku tinkiser, tkun inkisret inqas għax festa?
Il-Bicycling Advocacy Group staqsa dawn il-mistoqsijiet, filwaqt li qal li jemmen li l-unika soluzzjoni għall-influss qawwi ta’ turisti lejn Għawdex fi żmien Santa Marija huwa li tinkera għalqa ‘l barra mir-Rabat u jkun hemm servizz ta’ traspost minn u lejn il-kapitali permezz ta’ trasport komuni.
Dan qaluh b’reazzjoni għad-dikjarazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija. Dawn esprimew diżappunt għan-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw, b’mod partikolari fir-Rabat.
Il-Bicycling Advocacy Group qal li ma tagħmilx sens li wieħed jistenna li l-wardens ma joħorġux ċitazzjonijiet, sempliċement għaliex hija festa pubblika. Jemmen li dan huwa turija ċara ta’ nuqqas ta’ pjanar u infrastruttura kif xieraq. Il-grupp jemmen li meta wieħed jitlob aktar flessibiltà mill-wardens, ikun qed iħeġġeġ aktar abbuż fil-parking, li jista’ jwassal għal sitwazzjonjiet perikolużi u inċidenti fit-toroq.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend