Illejla jibda l-Karnival f’Buġibba! – One News

Illejla jibda l-Karnival f’Buġibba!

Il-Karnival!

Propju llejla se jkun qed jibda l-Karnival tas-Sajf f’Buġibba, dan l-avveniment huwa popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti li jinsabu f’pajjiżna. Għall-ewwel darba din is-sena, dan il-Karnival se jkun qed isir ukoll fin-naħa t’isfel tal-gżira Maltija, iżda kollox se jibda llum f’Buġibba, żona mfittxija mit-turisti.

Illejla fis-19.00pm, se tkun qed ssir il-ġostra tradizzjonali fil-bajja ta’ taħt il-pjazza ta’ Buġibba. Il-ġostra hija dik il-logħba fejn arblu twil midluk bix-xaħam jintrama fuq barkun jew moll. Il-Kompetituri mbagħad, jitilgħu miegħu biex jilħqu bnadar li jkunu tpoġġew man-naħa ta’ fuq tiegħu biex jirbħu premju, filwaqt li dawk li jiżolqu jispiċċaw fil-baħar.

Fis-19.30p.m tissokta d-défilé u l-parata tal-karnival tul it-toroq ewlenin ta’ Buġibba. F’din il-parata se naraw 11-il karru tal-Karnival kif ukoll 10 kumpaniji taż-żfin.

Il-Karnival tas-Sajf se jkun qed ikompli nhar il-Ħadd, din id-darba fit-toroq ta’ Wied il-Għajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend