1,420 persuna iweġġgħu fuq il-post tax-xogħol – One News

1,420 persuna iweġġgħu fuq il-post tax-xogħol

Statistika ppublikata mill-uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li 1,420 persuna bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena kienu involuti f’inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.

Dawn l-inċidenti saru fuq postijiet tax-xogħol f’setturi differenti, bil-maġġoranza tagħhom fis-settur tal-manifattura.

  • 16.9% fis-settur tal-manifattura
  • 15.5% f’siti tal-kostruzzjoni
  • 14.8% matul trasport tal-ħażna

Meta kkumparat mal-istess xhur tas-sena ta’ qabel, in-numru ta’ inċidenti naqsu b’ 52 każ fis-settur tal-manifattura filwaqt li żiedu b’ 36, il-każijiet ta’ inċidenti fuq ix-xogħol fis-settur tal-aministrazzjoni pubblika u d-difiża. L-akbar numru ta’ inċidenti ġraw waqt li kienu qed jintużaw inġenji u fuq postijiet tax-xogħol li huma relatati mas-snajja.

Kważi nofs il-ġrieħi fuq il-post tax-xogħol affettwaw il-parti ta’ fuq tal-ġisem, bħall-idejn u s-swaba. Ġrieħi bħal dizlokazzjoni u stress fuq il-muskoli kienu fost l-iktar komuni, billi ammontaw għal 860 u 315 każ rispettivament

L-Awtoritá tas-Saħħa u s-Sigurtá fuq il-post tax-xogħol (OHSA) irraportat li bejn Jannar u Ġunju 2016 kien hemm erba’ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol.  

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend