Notifiki

Ir-realtà ta’ min ikun irrapportat nieqes KWAŻI KULJUM

Ikun hemm min ikun irrapportat nieqes kważi kuljum. Din hi realtà li żvelat l-ispettur Paula Ciantar.

Spjegatilna li bħalissa hemm 416-il persuna irrapportat nieqsa, madanakollu wieħed irid ikun prudenti mill-interpretazzjoni ta’ fatti bħal dawn. Jista’ jagħti l-każ, per eżempju, li persuna tkun irrapportata nieqsa iżjed minn darba. Hemm każijiet ta’ persuni minorenni li jkunu f’care homes u jkollhom ċertu ħinijiet biex jidħlu lura. Meta ma jagħmlux dan, jkunu irrapportati lill-Pulizija.

Tkellimna mal-ispettur dwar x’jiġri jekk persuna ddum snin, ġieli deċennji, irrapportata nieqsa. Spjegatilna li biex jingħalaq rapport, il-persuna tkun trid tkun identifikata wiċċ imb’wiċċ.

L-ammont ta’ persuni rrapportati nieqsa bħalissa huwa normali, jekk mhux taħt il-medja. Filfatt, normalment, ikun hemm medja ta’ bejn 450 u 500 persuna nieqsa f’kull ħin.

Segwu l-intervista sħiħa hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *