Il-ħobża ta’ kuljum kruċjali fil-kitba tal-istorja – One News

Notifiki

Il-ħobża ta’ kuljum kruċjali fil-kitba tal-istorja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ħobża ta’ kuljum hija kruċjali fit-tfassil u fil-kitba tal-istorja tal-ġens Malti. Muscat qal li d-diffikultajiet u l-kundizzjonijiet materjali li n-nies f’Malta u madwar id-dinja ħabbtu wiċċhom magħhom tul iż-żmien huma elementi importanti fil-kitba tal-istorja.

Il-Prim Ministru qal dan meta ġie ippreżentat b’kopja tal-ktieb A MATERIALIST REVISION OF MALTESE HISTORY: 879-1919 mill-istoriku Mark Camilleri li jitfa’ dawl ġdid fuq 1049 sena ta’ storja Maltija.

“It-tfassil tal-istorja u l-kitba tal-istorja huma qaddejja tal-fatti. It-tnejn huma konxji tas-sensittivita` tal-istorja. Il-metidoloġija u t-teknika tagħna huma bbażati fuq supposizzjonijiet teoretiċi u immaġinarji. Jien tal-fehema  li għandna nkunu  konxji tal-kundizzjonijiet materjali li fihom il-poplu Malti kellu jikseb il-ħobża ta’ kuljum tul iż-żminijiet. L-istess għandna nagħmlu dwar popli oħra,  speċjalment il-popli Ewropej.”  qal il-Prim Ministru.

Muscat qal li l-istoriċi kulltant dan jinsewh. “Ġieli jirraġunaw li l-ideat huma l-forza ewlenija li ġġib il-bidla fis-soċjeta` u fil-politika. Jew inkella li l-poter huwa ’l bogħod minn opportunitajiet konkreti li jagħmlu d-deċiżjonijiet possibbli. Riċerkaturi bħal Mark Camilleri huma konxji biżżejjed biex ifakkruna li dan mhux minnu. Il-publikazzjoni l-ġdida tiegħu forsi sservi ta’ sejħa biex riċerkaturi oħra jiftakru li l-istorja hija kwistjoni ta’ dak li jillimita l-potenzjal uman biex jikseb dak li jista’, fid-dawl tar-riskji u d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Apprezzejt il-kawtela li joffri dan il-ktieb u l-impenn tal-awtur biex jitfa’ dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta.”

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend