Sajmin ta’ Ħawwadni – One News

Notifiki

Sajmin ta’ Ħawwadni

Emnuni kultant naqra u nisma’ ċertu affarijiet, niġi bejn ħaltejn. Nidħak jew nibki bikja bħal dawk tat-trabi meta ma tkunx taf x’il-marelli laqathom? Ma nafx. Ninsab imħawwad għall-aħħar, biex ma nużax espressjoni oħra Maltija. U mhux jien biss ma nafx tafux, imma anki l-imbierka Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel!

Mela kif nistembaħ il-Ħadd filgħodu, niftaħ għajnejja qishom shutter ta’ ħanut minn dawk tal-ħadid li jitla’ biċ-ċavetta, bil-mod il-mod, u nħares lejn l-arloġġ. Ġeneralment inqum kmieni, għax sakemm niġi f’tiegħi u ninduna li beda l-Ħadd, sakemm nieħu te’ u wara dritt għax-shower u sakemm nitla’ kważi Santa Luċija biex nixtri seba’ gażżetti, malajr idur l-arloġġ. Umbgħad il-Ħadd aktar iva milli le, nibża minnu għax huwa l-jum meta taqbadni Ċensina, dejjem dik ta’ faċċata tiegħi żewg bibien ‘l isfel u ngħaddi minn episodju wara l-ieħor! Imma x’tagħmel, hux? Tgħid ġiet hekk!

Illum ma kienx differenti mill-oħrajn. Qomt, te’, shower, karozza, gazzetti, karozza w lura għad-dar. Kif qed nipparkja, nara l-Ċensina fil-bieb tiegħi, idejha fuq ġenbejha.Tħares ‘l hinn u ‘l hawn. Tistennini. Issa ma tantx stajt naħrab illum. Ħaġa tal-iskantament it-triq kienet kważi baħħ. Kien hemm spazju għall-parking kullimkien. Kemm jien sfortunat, aħbeċ! Insomma ilha hekk mill-Ħamis għax tgħid. Imma l-Ħamis u l-Ġimgħa kienu qed jirranġaw il-pjazza ta’ quddiemi u kien hemm sinjali “No Parking Thursday and Friday between 07:30 and 13:30 – Local Counci Paola”, għax is-Sibt kien hemm xi ħaġa tal-Kunsill u jien mingħalija li għalhekk kien qed ikun hemm dak l-ispazju kollu.

Umbgħad kif qed inħares lejn Ċensina mill-windscreen ftakart. Long weekend, Santa Marija, kulħadd erħielha għal Għawdex mill-Ħamis filgħaxija. Mhux kif ipprovaw ifottu fuq il-gażżetta bl-Ingliż tal-puliti. Staqsew fejn hu l-kju, biex jagħtu l-impressjoni li ma tela’ ħadd Għawdex u allura ħadd m’għandu flus f’idejħ u allura l-ekonomija qed tfalli. Tafu inthom. Kif iħawwdu l-affarijiet. Għall-kuntrarju Għawdex mifqugħ bil-Maltin u turisti! By the way, gażżetta tal-puliti li fil-karikaturi tagħha ħlief lokijiet, kakka u remettar ma ġġibx. But it’s in English you know. So of the puliti. OMG!

GOZO-CHANNEL14

 

Mela għalhekk kelli parking fejn irrid ħdejn id-dar. Anyway. Kif ratni Ċensina, fetħet ħanġra li ma ngħidlekx. “Ajtjeeeeen”, neħħiet idejha minn fuq ġenbejha. “Ajtjeeeeeeen”, għamlet passejn lejn il-karozza tiegħi. “Ajtjeeeeeeen”.

U l-ħanina dinja! How unfortunate of me, marelli!

“Għidli, Ċens”, għidtilha, jien u ħiereġ mill-karozza b’seba’ gazzetti f’idi, mowbajl u mazz ċwievet f’idi l-oħra w għal naqra ma ħadtx widinti mal-ponta tal-bieba. U kont nara s-seba’ Santa Marijiet ġurnata qabel, kollha f’daqqa, bil-murtali u l-ġigġifogu b’kollox.

Surprise!”, wieġbet Ċensina b’idejha jferfru fl-arja u bi tbissima mċarrta fuq fommha.

Awtomatikamet ħarġitli, mingħajr ma ridt. Ikkmandani ħalqi qabel ħaseb moħħi, “Madonna! X’surprise hi din?”

“Ara dan x’kull waħda!”, tefgħet lejja Ċensina, hekk kif minn idha jferfru ‘l fuq u tbissima mċarrta fuq fommha, niżlet qisha kif tinżel bużżieqa hekk kif toħorġilha l-arja bil-mod miż-żokra. Hekk kif qaltli hekk, sinċerament, ħassejtni qisni borża tar-riċiklaġġ li tinġabar nhar ta’ Tlieta. Dik tal-kartun, bottijiet, plastik u x’naf jien. Bla ruħ. Għax kont naqra tan-nej u l-misjur magħha hux.

“U le, Ċens, inħobbhom is-surprises jien!”, għidtilha b’eċitament irrextat għall-aħħar. Mhux veru nħobbhom.

“Eħe! Mela ħsibtek Sajmin jindirizza erba’ mżażen jew? Se ddawwar id-diskors issa, għax qed tara li ma lqatx sew? Bħal din tal-bini u l-freeport! Ma jridx bini ODZ imma l-freeport jista’ jibni f’ODZ u dawwar kollox biex joħroġ ifuħ, kien il-partit tiegħu li qered Birżebbuġa u Marsaxlokk u issa qed jipprova jitfa’ ħmieġ il-partit tiegħu fuq Joseph tagħna, ivvota favur iskajskrejperns …”

“Skyscrapers Ċens”.

“L-aqwa li fhimtni, gustuż”.

U kompliet, “Ivvota favur l-iskyskrejpens snin ilu u issa qed jilgħabha tal-pura verġni u jgħid x’għarukaża, ara ħawwadni ħa nifhmek dan Sajmin ta! Bħal dik li qal dalgħodu ta’ Dubaj! E eħe! Bravu għalih ħej! Kemm aħna sbieħ min jaf jarana! Mela jgħakkisna lill-Maltin irid dan! Għax sa fejn naf jien Dubaj huwa pajjiż sinjurun, ċentru tan-negozju ewlieni, ekonomija diversifikata… insomma kif resqin bil-kbir pajjiżna bil-gvern ta’ Joseph tagħna ħi, u min għandu l-għali jkompli jżidu Ajtjen!”

“Għall-iskyscrapers kien qed jirreferi Ċens!”

“La ma jridx pajjiżna bħal Dubaj, kollox irid isemmi, mhux jaqbad u jlablab minghajr ma jidħol fil-fond, ruħi!”

Sinjin, pause. Do not talk. Let it be.

“Ara Joseph tagħna, dalgħodu kemm tkellem sew, Alla dejjem ibierku u jżomm idu fuqu u fuq familtu! Dwar kif se jkompli jġib Malta ‘l quddiem tkellem, dwar il-baġit li ġej, u kif biddel pajjiż fi tlett snin biss! U kif aħna l-għira tal-Ewropa f’ħafna oqsma. Dak ikun Prim Ministru ta’ vera. U mela x’hiex!”

Tbissimt. Ħeqq, issa tirraġuna kif tirraġuna, Ċensina hi, Imma għandha fakin raġun.

“U biex irritalja Sajmin għad-diskors ta’ Joseph? Taf biex? Qal li l-poplu Malti jistħoqqlu aħjar. Patri tfilju Spirtu s-Santu, Amen! Taf x’jistħoqqlu li jkollu aħjar hux? Oppożiżżjoni bil-bajd. Forsi nsibu l-fekruna li ħalliet ruxxmata fir-ramel u tislifhom tnejn, x’kull waħda! Ħniena dinja niżbalja bl-ikraħ qiegħdha! Ara jħawwduk dawn l-imiegħel ta! Ħa nżomm lura għax ma rridx nitef tqarbina għada, ta’ Santa Marija!”

simonihareslisfel

Bqajt inħares lejn Ċensina, hi u tieħu n-nifs, tħares lejn is-sħab u trodd is-slaleb.

X’nifs, nifs!

“Fejn irid iġib l-eżempji minn pajjiżi oħra dan Sajmin ħawwadni ta!”, kompliet Ċensina mar-radd tal-aħħar salib. “Sewwa jgħidulu double standards!”

“Per eżempju?” staqsejt jien.

“Per eżempju tas-Sindku, dak li nqabad isuq meta kien imlaħlaħ. Ara kien hemm ministru Żvediza, inqabdet bl-istess ħaġa u rreżenjat. Imma s-Sindku tal-Pee Enne, reġgħu poġġewħ postu. Puuuuu!”

“Bħalissa hemm għidut li Samin ma tantx huwa popolari ma’ ta’ ġewwa stess, Ċens”.

“Ara, Kolmbu skopra l-Amerika ħej! Ilha għaddejja din Ajtjen ta! Mhux għalhekk dan l-aħħar qabbdu lil ta’ ġewwa stess biex jiktbu artikli favur Sajmin jew? Bejn Kap u ieħor hemm baħar jaqsam. Xi ħaġa jridu jagħmlu hux biex jidher aħjar!”

Mill-bogħod bdejt nisma’ lill-vann tal-ġelati b’dik il-miużika ħelwa, riesqa viċin. Naħseb kien wara l-kantuniera tal-blokk.

“Ċens, qed ngħid, intlifna nitkellmu u nessejtek is-surprise!”

“E bilħaqq! Għax ngħidlek id-dritt kont se ngħidlek tiekol għandi llum. Qed jirnexxieli nġemmgħa taħt il-Labour ħi. Bejn ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bejn dik ix-xi ħaġa żgħira li jtini n-neputi li fl-aħħar sab xogħol, bejn mitt ħaġa oħra, qed nerġa ngħix illum-il ġurnata. Ma nisħtux marelli”.

B’dawn l-aħħar kliem fetħet żewġt iswaba forma ta’ qrun u dawwrithom lejn it-triq u bdiet trewwaħ bihom miftuħa.

kartaflus

“Imma issa billi lqajtni kif ilajtni meta għidtlek bis-surprise, tista’ tmur titnellaħ”

Kif qaltli hekk, tatni patatta u teleqt tlebbet lejn darha. Bil-vann tal-ġelat jipparkja ftit ‘l bogħod minni.

Ifhem. Nippreferi niekol f’dari jien. Jiġifieri ma mortx ħażin sa barra.

“Hawn sieħbi nagħmillek wieħed?” staqsieni tal-vann.

“Iva sieħbi, ġibtli l-aptit”.

“Kif nagħmilulek?”

“U għamel int”, weġibt lura, “tini surprise

Tal-ġelat baqa’ jħares lejja għal ftit sekondi. Fl-aħħar għolla spallejħ u beda jkewwes cone surprise.

Sakemm ilesti, ġieni ħsieb. Ħeqq Sajmin irid jiddeċiedi. Ma jistax jibqa’ jfajjar bl-addoċċ skond id-daqqa hux. Ma tistax tingħoġob minn kulħadd f’din id-dinja. Jeħtieġ ikun sod u ma jibqax iħawwad fi kliemu stess u f’għemilu. But there again!

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend