L-Italja u l-cruises l-iktar popolari għal btala mal-Maltin – One News

Notifiki

L-Italja u l-cruises l-iktar popolari għal btala mal-Maltin

F’dawn il-ġimgħat sajfin iktar minn wieħed minn kull tliet Maltin se jkunu qed jieħdu btala ta’ xi tliet ijiem jew iktar barra minn xtutna.

Dan skont stħarriġ tal-maltatoday li analizza kif il-Maltin beħsiebhom jgħaddu l-vaganzi ta’ Awwissu.

38% ta’ dawk li pparteċipaw qalu li se jkunu qed jiddevertu għal tliet ijiem jew aktar f’pajjiż ieħor.  Fost dawk li se jsiefru, l-Italja baqgħet l-aktar destinazzjoni favorita. Fil-fatt ienu 44% fil-mija ta’ dawk li wieġbu qalu li se jqattgħu btala fil-pajjiz tal-arti, l-moda u l-ikel.  Din kienet segwitha minn vaganzi fuq cruises u r-Renju Unit.

L-għażla ta’ vanganza fuq cruise fost il-Maltin qed tiżdied sew.  Meta fl-2009 sar stħarriġ simili rriżulta li 10% biss għażlu li jmur cruise. Illum, dawn in-numri telgħu għal 19% ekwivalenti għal 3% tal-popolazzjoni.

L-istħarriġ wera li n-numru ta’ dawk li ma jifilħux iħallsu għal vaganza ta’ aktar minn jumejn naqas meta mqabbel mal-2009. Filwaqt li dawk li qed isifru aktar minn jumejn qed jonfqu aktar mis-snin ta’ qabel.

Li tmur vaganza barra minn Malta, saret l-aktar popolari fost dawk b’edukazzjoni universitarja u f’etaijiet anqas minn ħamsa u tletin sena.  Minkejja dan, btala Għawdex jew xi tmiem il-ġimgħa f’lukanda f’pajjiżna kienet waħda mill-favoriti fost dawk b’edukazzjoni post-sekondarji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend