Notifiki

Sigarru twil 90 metru ifakkar għeluq snin Fidel Castro

L-eks President Kuban Fidel Castro illum jagħlaq 90 sena. Dak li kien għadu ewlieni tal-Istati Uniti għadu mimli bl-għomor u sabiex jitfakkar it-twelid tiegħu, kumpanija tas-sigari Kubana produċiet sigarru twil 90 metru.

Castro li kemm il-darba deher ipejjep sigarri huwa meqjus bħala ikona f’Kuba u minkejja li rtira mis-siġġu tal-poter, huwa għadu segwit permezz tal-kitbiet tiegħu fil-gazzetti.

Fidel Castro kien involut fir-rivoluzzjoni Kubana tal-ħamsinijiet biex imbagħad kiseb il-poter. Huwa kien ċeda l-post ta’ President lil ħuħ Raul, fl-2008.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend