Il-lukandiera urtati bl-aġir tal-piloti – One News

Notifiki

Il-lukandiera urtati bl-aġir tal-piloti

Hekk kif il-bdoti tal-Air Malta llum bdew jaħdmu taħt id-direttiva ‘work to rule’ hekk kif fl-aħħar jiem l-assoċjazzjoni tal-bdoti; l-ALPA; rrifjutat laqgħa mal-amministrazzjoni tal-Air Malta fi tmiem dan ix-xahar.  L-Assoċjazzjoni tas-sidien tar-restoranti u l-lukandiera, l-MHRA appellat lil Assoċjazzjoni tal-Bdoti, l-ALPA għal kawtela.

Fi stqarrija l-MHRA sostniet li l-ALPA m’għandhiex tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali li jistgħu jxekklu r-ritmu ekonomiku li qabad pajjiżna fis-settur turistiku. Żiedet tgħid li kull azzjoni li b’xi mod tista’ itappan is-suċċess turistiku li nkiseb b’tant ħidma hija inaċċettabli għall-MHRA.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li l-ALPA għandha tuża l-argumenti tagħha biex isostni l-kwistjonijiet li għandha mal-kumpanija tal-ajru. Sadanittant l-MHRA appellat ukoll lill-amministrazzjoni tal-Air Malta biex issib mezz u tiltaqa’ mal-assoċjazzjoni tal-bdoti.

L-ALPA ordnat l-azzjoni industrijali tal-Work to Rule fil-jum li l-ajruport internazzjonali ta’ Malta huwa l-aktar attiv, b’numru ta’ titjiriet qed jitilqu jew jaslu f’pajjiżna

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Nahseb li il bdoti sa jirbhu il-battaljI u jitilfu il gwerra……ghax ghandhom problema kbira…IL-POPLU KONTRIHOM

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend