Notifiki

Tipprova tilqa’ għat-theddid terroristiku

F’tentattiv li tindirizza t-theddida terroristika fuqha, il-Ġermanja ħarġet sett ta’ proposti.

Il-proposta ewlenija tgħid li ċittadini Ġermaniżi f’ċittadinanza doppja u li jagħżlu li jiġġieldu għall-gruppi fundamentalisti, dawn jitilfu ċ-ċittadinanza Ġermaniża.

Il-Ministru tal-Intern Thomas de Maiziere ħabbar ukoll il-pjanijiet li jitħaffef il-proċess biex jiġu deportati barranin li jkunu qed jiffaċjaw akkużi kriminali.

F’konferenza tal-aħbarijiet huwa anki semma li l-forzi tas-sigurtà se jkollhom għodda aħjar biex tilqa’ għat-theddida terroristika. Minkejja dan kollu, il-Ġermanja li tinsab fuq alert massimu mhux mistennija tipprojbixxi l-liġi kontroversjali li tippermetti l-ilbies tal-burka.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. U hawn Malta bieb miftuh bl-eluf ta’ klandestini u nkomplu naċċettaw li l-UE tibgħatilna iżjed meta ħaddieħor mhux jaċċettahom.
    Żmien il-kontijiet jasal.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend