Issa l-ħoss! – One News

Notifiki

Issa l-ħoss!

Kultant żmien tinbet idea ta’ petizzjoni minn xi ħadd fostna li ddejqu xi ħaġa u għalhekk ikun irid jeliminaha. Ikun hemm inizjattivi li jaqbdu, oħrajn inqas. Ir-referendum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa huwa wieħed mill-iktar eżempji klassiċi għax tant inġabru firem li kien sfurzat vot popolari.

Min iffirma u vvota kontra l-kaċċa għaliex għomru u żmienu jemmen fil-kawża u min għamel hekk minħabba l-preġudizzju kontra l-kaċċatur (dak li għal ħafna huwa bniedem injorant). Fl-aħħar mill-aħħar is-sens komun rebaħ u minn dak li seħħ ħa tagħlima kulħadd. It-tagħlima li f’dan il-pajjiż ċkejken irridu nitgħallmu ngħixu flimkien. U biex ngħamlu hekk xi ftit paċenzja b’xulxin irridu nieħdu wkoll.

Il-kaċċa ma kienx każ iżolat. Jeżistu kwistjonijiet oħra li għalkemm hemm minnhom li nemmen li jridu jkunu regolati aħjar, nifrustra ruħi meta nara min l-argument jibbażah biss fuq preġudizzju u xejn iktar.

Dawk li jsuqu ż-żwiemel huma każ ieħor. Żgur li ma nieħux pjaċir neħel warajhom fit-traffiku u m’hemmx dubju li anke hawn iridu jidħlu regoli ċari.

Peró nara attitudnijiet differenti fil-konfront ta’ min jgħalaq it-triq għal xi ġirja bir-roti u min għal xi tellieqa bis-serkin. Frankament it-tnejn li huma inkonvenjent. Iżda, it-tnejn li huma żvog li f’pajjiż żgħir bħal tagħna biex isiru irridu nieħdu paċenzja b’xulxin.

Bħal dan hemm mitt eżempju ieħor u issa qamet l-kwistjoni tal-ħoss fil-murtali b’petizzjoni ddur online. Bla dubju faċli wieħed jiffirmaha. Isib elf skuża jekk trid. Mill-marid sal-anzjan, u m’għandniex xi ngħidu anke l-kelb (li nisperaw ma jkunx hawn xi petizzjoni biex ineħħuħ għax hawn min idejqu wkoll).

Peró għal min jifhem fil-piroteknika jaf li fl-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri. Hawn lokalitajiet fejn iddeċidew li jaqbżu l-ħarqa tat-tmienja ta’ filgħodu u jekk mhux sejjer żbaljat ittieħdu miżuri bil-għan li jkun ikkontrollat il-ħoss.

F’ċerti lokalitajiet  dan l-inkonvenjent (biex insejħulu hekk) ir-residenti jesperjenzawh ġimgħa waħda fis-sena, oħrajn xi ftit iktar jekk ġejjien minn xi akwata b’irħula bi tradizzjoni piroteknika.

Iżda imbagħad nista’ nagħti lista ta’ affarijiet li jdejjqu lil persuni oħra.

Minn vetturi kbar ħafna li jniġġżu l-ambjent, għal proprjetà enormi li tieħu wisq art, għal storbju fi klabbs li jinstema’ minn żoni residenzjali u mitt ħaġa oħra. Peró mhux l-għan li nidħol f’din il-lista.

Għax nifhem li dan hu pajjiż żgħir fejn kulħadd għandu l-iżvog tieħu u għalhekk irridu nitgħallmu ngħixu flimkien. Kif għamlu ta’ qabilna b’tant suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

4 Comments

  1. nafu kemm qed issir hsara lil hamrija bil kimici…..
    nafu kemm qed naghmlu hsara fl arja li niehdu

    jista jkun hemm moderazzjoni jekk joghgbokhom……. tfal jitwerrwu bil hsejjes esageratti !!

  2. Ma nistax naqbad jekk one.com hux favur jew kontra murtali li kulma jghamlu hu spuzjoni. Waqt li l-murtali tal-kulur fihom spetaklu fihom infushom mhux bhala kuluri biss anke kif jifthu dawk tal-hoss biss ma fihom l-ebda pregju hlief li jdejqu lil morda, anzjani u anke animali.
    Allura one.com jahseb li9 hu hazin li tingabar petizzjoni kontra murtali li huma hela ta’ flus, hlief storbju ma jghamlux u ma fihom l-ebda pregju ?
    Petizzjoni mhux bil-fors ghandha issarraf f’referendum imma huwa xoghol il-gvern li jarajekk l-ilment huxiex gustifikat u ghandu bazi serja ta’ ilment.

  3. Ktibt hafna paroli fil vojt f’blog post bla sens…

    F’liema parti semmejt l-inkonvenjent ghal min jghix imdawwar b’villaggi u rhula li jimpikaw ma xulxin biex jaghmel l-iktar bumbum??? F’liema parti semmejt kemm ibati min juza l-karozza tal-linja u jinzel kilometru jew tnejn mid-destinazzjoni tieghu?

    F’liema parti semmejt l-istorbju esagerat ta bombi enormi li jcaqilqulek kull caccis li jkollok fid-dar? Li jkexkex lill annimali u jgennen lil min ikun marid, jew sempliciment qieghed id-dar fi kwietu?

    F’liema parti ta dan il post ghajjien u bla sugu semmejt l-ammont ta potassa u kimici li jispiccaw fl-ghelieqi aghna? U l-arja tkompli titnigges u titqal?

    F’liema parti semmejt li bniedem (jew eluf ta bnedmin) jistghu jghixu fil kumdita ta darhom fil weekends?

    Tghidli (mhux ghax jidhollok fil garigori ta mohhok) mhux ta darba??? Min joqghod Hal Tarxien bhali jaf x’jigifieri… l-ewwel tal Lunzjata, imbaghad tad-dutrina (li jghajru l-xulxin, ghandkom madonna tal grieden!!!), wara dik ta Rahal gdid…. u dawn mhux f’gimgha wahda, imma saret iddum hmistax il festa!!!!

    U jekk tigi tghidli fil hdax jieqaf kollox nghidlek jew giddieb, jew injorant mill fatti !!!!

    Delizzju xi haga li tgawdi minghajr ma tirfes il kallu ta xi hadd…. Vera taghhom ilkoll.

    Isma minni… Vai a lavorare vai !!!!

    Tghid jippublikawha???

    1. Taf min va a lavorare min jikteb u ma jafx x’inhu jghid, bhalek. Fil-pajjiz tal-vai a lavorare(L-Italja) kun ghaf li l-murtali jinharqu mill-bitha ta’ l-ghassa tal-pulizija, u l-kaxxi nfernali minn fuq iz-zuntier tal-knisja mhux bhal hawn Malta mill-ghellieqi.
      Il-Festa tal-Lunzjata Hal-Tarxien ssir f’Mejju u l-ohra f’Lulju mhux kif provajt tpingi li qishom wara xulxin. In-nar, hlief is-sibt, sal-hdax jieqaf u jekk hemm min jikser il-ligi d-dover tieghek li taghmel rapport lil pulizja.
      Din tal-potassa hrafa, int tinkwieta bil-potassa? mhux ahjar tinkwieta bil-bexx li jintuza, mela hsibtna ta’ wara l-muntanji ma nafux li din hrafa invintata, u jekk tinkwieta hafna fuq il-kimici fl-arja ahjar tinkwieta fuq c-comb mill-exhaust tal-karozzi.
      Qed Tinheba wara l-morda taf kemm rajt nies morda terminali jaghmlu sforz kbir johorgu jgawdu l-loghob tan-nar biex ghal ftit hin jinsew il-gwaj li kienu ghaddeja minnhom. Taf kemm tara tfal reqdin wahda u sewwa waqt shows tan-nar. Fi ftit kliem kollha skuzi patetici dawn.
      U gej bl-eluf li jixtiequ kumidita f’darhom fil-weekends, l-ewwelnett kienu jafu fejn sejrin jghixu, it-tieni hemm ghaxar darbiet aktar nies igawdu l-loghob tan-nar, it-tielet jekk mhux kuntenti jistghu ssibu post iehor fejn jghixu forsi Filfla.
      Il-loghob tan-Nar mhux delizzju imma arti, li ssibu fid-dinja kollha, huwa espressjoni ta’ ferh. Fl-Amerika fil-4th July tixtri n-nar mis-supermarkets. U jekk hawn xi haga li ahna l-Maltin nirbhu fiha huwa l-loghob tan-nar u f’li neqirdu fuq kollox b’nies bhalek egoisti li tinhbew wara skuzi ivintati ghax ma tistawx taraw lil haddiehor jiehu gost. GET A LIFE

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend