Notifiki

Il-ġmiel tal-baċir li se jsir universitá

Ix-xogħol infrastrutturali ta’ restawr fuq l-American University of Malta f’Bormla qabad pass tajjeb hekk kif tlesta nofs ix-xogħol fuq il-ġebla tan-naħa ta’ barra.

Issa li li l-proġett beda jieħu l-ewwel dehra tiegħu, ONE News niżel fit-toroq ta’ Bormla biex jitkellem dwar l-aspettativi li qed jiżdiedu fost in-nies tal-Kottonera,  inklużi magħhom l-entitajiet kummerċjali.

It-tneħħija ta’ tal-iscaffolding minn quddiem partijiet tal-binja f’Baċir Numru wieħed, bdiet tikxef il-ġmiel riżultat tar-restawr li għaddej bħala parti mill-proġett tal-American University of Malta.

Jidher b’mod ċar li r-ritmu li nqabad huwa wieħed mgħaġġel u fuq in-naħa ta’ barra hemm madwar nofs ix-xogħol li huwa lest. Biex meta ftit tal-jiem oħra l-Awtorità tal-Ippjanar tevalwa applikazzjoni għal parti oħra tal-proġett ikun hemm parti tajba mix-xogħol li hija lesta.

Meta żorna x-xogħlijiet f’Bormla ltqajna ma’ Bormliżi sodisfatti.

Li mal-kelmtejn li jkunu qed jħidu fuq bank għad-dell issa għandhom xi ħaġa oħra xi jsewgu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend