Daqshekk sigaretti fuq il-bajja – One News

Daqshekk sigaretti fuq il-bajja

X’tagħmel kieku f’Malta tidħol liġi li ma tħallikx tpejjep fuq il-bajjiet?

Din hija battalja kontinwa bejn dawk li jpejpu fl-Italja u l-leġiżlaturi. Dan wara li kien hemm sforzi mmirati speċifikament biex jikkastigaw lil dawk li jpejpu fuq il-bajjiet Taljani.

Minbarra l-pieni ħorox li diġà jeżistu għal dawk li jarmu l-fdalijiet tas-sigaretti fuq ir-ramel, b’multi li saħansitra jilħqu t-€300, qed jintqal li t-tipjiep se jiġi pprojbit totalment fuq il-kosta Taljana.

Din il-miżura ġejja minn sforzi li qed tagħmel l-assoċjazzjoni tal-ambjent u l-konsumaturi fl-Italja li huma bbażati fuq il-liġi preżenti, iżda din sa issa tirrigwardja biss każijiet meta l-persuna li tkun qed tpejjep tkun viċin mara tqila jew tfal kif ukoll għal dawk li jkunu fejn sptarijiet jew l-Università.

Dan iffisser li fir-realtà, t-talba tal-assoċjazzjoni tal-konsumaturi u l-ambjent daħlet wara diversi projbizzjonijiet diġà mplimentati.

Huwa mistenni li din il-liġi ma tidħolx fis-seħħ tul dan is-sajf iżda l-argumenti bejn min ipejjep u din l-assoċjazzjoni diġa bdew.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Naqbel li jkun hemm pieni horox ghal min ihalli l-iskart warajh fuq bajja izda li ma npejjipx jien ghax int injurant ma naccettahiex. Jien ili npejjep 18 il-sena u qatt ma hallejt sigarett fuq bajja.

    1. Mhux sewwa li min ikun warajk jibla d-duħħan tas-sigarretti.
      It-tipjip għandu jkun ipprojbit anki fit-toroq mhxu tkun għaddej wara xi ħadd u f’daqqa waħda jkollok tibla d-duħħan tiegħu/tagħha.
      Dan barra li hemm bżonn isiru żjarat għall-għarrieda f’kull ħanut u każin baxx baxx u jittieħdu videos bil-moħbi bħala prova tal-klsur tal-liġi u min ikun risponsabbli mill-post jibda’ jeħel il-multi hu għax fil-maġġoranza tal-ħwienet u każini tifga’ bid-dħaħan tas-sigarretti kif tidħol.

  2. Jien ma npejjipx imma ma naqbilx li ma jithalewx jpejpu fil bajjiet basta ma jhamgux bil bicciet tas sigaretti li jibqaw.
    Kemm hu iktar ikrah ir riha ta gharaq fuq tal linja, jew rieha ta fwieha fuq lgharaq li jkollhom.
    La qedin barra ma tista taghmel xejn.
    Hawn aktar affarijiet fil publiaku li huma wisq koroh, bhal xorb u sakra zejda! u xi nghidu ghad dagha!!! AHJAR jinghataw pieni horox ghal dawk.

Leave a Reply to Helsien Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend