L-MDA tilqa’ l-estensjoni tal-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi – One News

Notifiki

L-MDA tilqa’ l-estensjoni tal-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi

Il-Malta Developers Association (MDA) esprimiet sodisfazzjon għall-fatt li ġiet imġedda b’€2 miljun oħra l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja lill-familji li jridu jinvestu f’pannelli fotovoltajici.

Filwaqt li irrikonoxxiet is-suċċess tal-iskemi tal-gvern immirati għal dawn il-familji Maltin, l-MDA stqarret li hija impenjata li tkompli taħdem mal-Gvern, l-awtoritajiet u mas-settur tal-enerġija alternattiva, sabiex is-settur ikompli jikber b’mod konsistenti.

B’hekk tgħin biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropeja sas-sena 2020 fuq l’użu ta’ enerġija nadifa.  Innotat ukoll li skemi bħal dawn huma sors qawwi ta’ xogħol għas-settur li jaħdem b’mod dirett fl-enerġija alternattiva u sezzjonijiet oħra  li jaħdmu f’dan is-settur b’mod indirett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend