Double Standards b’Castillo u l-Facebook ukoll   – One News

Notifiki

Double Standards b’Castillo u l-Facebook ukoll  

Donnha ttieħdet sew fil-Partit Nazzjonalista din tad-double standards.

L-aħħar wieħed fil-lista huwa Ivan Castillo tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista. Kumment fuq facebook ta’ uffiċjal fil-Ministeru ta’ Helena Dalli tant inkwetah li dlonk mar jippreżentalha ittra biex tkeċċih.

Ladarba ħass hekk kellu kull dritt anke jekk il-Ministeru wieġeb f’ittra li tidher hawn taħt.

Iżda, dan Castillo seta qalilna li mhux dejjem jaħsibha l-istess.

L-aħħar li ħaddiem kiteb “ħadd wara ħadd tasal ta’ kulħadd” fil-konfront ta’ uffiċjali ta’ entità pubblika fejn jaħdem u l-Prim Ministru, sab lilu jiddefendih bħala rappreżentant tal-Union Ħaddiema Maqħgudin. Iva, sewwa qed taqra. Dan hu rappreżentant tal-UĦM, avolja m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-Partit Nazzjonalista!

Ivan Castillo għamel plejtu ma’ tmexxija ta’ entità pubblika wara li ħarġet notifika dwar dan il-kumment fuq facebook. Kellu kull dritt. Peró seta’ qalilna dan kollu meta llum mar jagħmel teatrin fuq facebook post.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2016/08/Ittra-ta-twegiba.pdf”]

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

4 Comments

  1. “….. fejn hemm allegazzjoni ghandu jkun hemm investigazzjoni”

    Kumment fazul ghal l-ahhar ghaliex jekk jien naghmel allegazzjoni li Simon Busutill ghandu €4 miljun mohbija go bank germaniz il-kummissarju tat-taxxi interni jaqbad u jghamel investigazzjoni.
    Nahseb li allegazzjoni ghandha tkun akkumpanjata minn xi forma ta’ provi fuq hiex l-investigazzjoni trid issir.

  2. When are they going to find a single representative that is actually worth his or her salt? The PN under the present administration is heading nowhere fast.

  3. iL PN qed jigi misjuq b`ghaggla kbira lejn il-periferija tax xena politika,” because they are simply a bunch of useless, angry, arrogant, moaners”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend