L-investituri tas-saħħa bdew jimpjegaw in-nies – One News

Notifiki

L-investituri tas-saħħa bdew jimpjegaw in-nies

Fil-gazzetti tal-bieraħ laqat l-għajn avviż ta’ Vitals Global Healthcare għal numru ta’ professjonisti fis-settur tas-saħħa. Dan hekk kif il-konsorzju li se jinvesti iktar minn €200 miljun fil-qasam tas-saħħa diġa’ beda jimpjega miegħu diversi persuni.

F’intervista ma’ One News, id-direttur Ram Tumuluri, qal li l-grupp qed jikber minn jum għal jum u diġà kienu impjegati iktar minn għoxrin persuna, li fi żmien xahrejn se jitilgħu għal kważi mija.

Biex meta mbagħad ikun lest ix-xogħol infrastrturali n-numru jisplodi għal 800 f’sentejn, qabel imbagħad jitla’ għal iktar minn 1,600 iktar meta l-proġett ikun daħal sew ujkun qed jaħdem kif suppost.

Tumuluri spjega wkoll li x-xogħol infrastrutturali f’San Luqa se jibda wara l-festi ta’ santa Marija. Qal li l-pjani loġistiċi huma lesti u kollox huwa lest biex jibda. Segwi d-dettalji fil-filmat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend