Investiment ta’ miljuni f’Sa Maison – One News

Notifiki

Investiment ta’ miljuni f’Sa Maison

Tħabbar investiment ta’ €7,500,000 mis-settur privat lokali u dak barrani li permezz tiegħu se tkun qed tinħoloq jott marina u ħajja ġdida fiż-żona ta’ Sai Maison u Marsamxett.

Il-moħħ wara dan il-proġett, riżultat ta’ sejħa għall-interess u diversi studji minn Transport Malta, huwa konsorzju magħmul minn kumpanija Taljana bl-isem ta’ Azimut Benetti flimkien m’għadd ta’ kumpaniji lokali oħrajn.

Il-kumpanija Taljana, l-operatur ewlieni ta’ dan il-proġett għandha reputazzjoni b’saħħitha fl-industrija tal-jottijiet.

Fil-fatt tmexxi diversi jott marinas oħrajn fl-Ewropa fosthom f’Livorno, Varazze, Viareggio, Livorno u anke Moska.

Din il-jott marina ġdida se jkollha l-potenzjal li tilqa’ fi ħdanha mijiet ta’ jottijiet li daqs t-tagħhom se jkun qed ivarja minn għaxar sa’ għoxrin metru ta’ tul.

Apparti minn hekk fl-eqqel tax-xhur sajfin, din il-marina se tkun qed tilqa’ fil-perferija taż-żona jottijiet ta’ ħamsin metru.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ sigurtà, se jiġu nstallati sistema differenti ta’ breakwaters, fuq naħa se jkun hemm wieħed fuq in-naħa ta’ barra tal-marina u ieħor ta’ mitejn metru lejn in-naħa ta’ ġewwa iġifieri lejn il-Pietà biex jipproteġi l-marina f’każ ta’ maltemp.

Preżenti għal din l-okkażjoni, kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat li ddeskriva din il-jott marina bħala “ahead of times.”

Dan għaliex se jkun hemm sistemi li jnaddfu l-ilma baħar minn ħmieg tad-dgħajjes u tal-madwar.

Il-Prim Ministru żied jgħid li dan il-proġett se jkompli jgħolli l-profil tal-prodott Malti f’dan is-settur.

Huwa saħaq kif il-Gvern jaf il-potenzjal li għandhom l-ibħra tagħna u m’għandu l-ebda intenzjoni li jnaqqas ir-ritmu li qabad biex ikompli jagħmel lil Malta ċentru ta’ eċċellenza marritimu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend