75% tax-xogħol fil-manifest imwettaq jew qed jitwettaq – One News

Notifiki

75% tax-xogħol fil-manifest imwettaq jew qed jitwettaq

Beda xogħol, u f’ħafna każijiet tlesta, fuq 75% tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista u li bih il-Gvern qed jamministra l-pajjiż.

Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech f’intervista mal-aħħar ħarġa tal-gazzetta KullĦadd li fiha tkellem dwar għadd ta’ temi oħra, fosthom il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll it-trasparenza u l-governanza.

“Ix-xogħol li qed jagħmel il-Gvern avvanza, u nista’ wkoll ngħidlek li qegħdin f’fażi fejn twettaq madwar 75% tax-xogħol rikjest fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali. Fil-maġġoranza għandek ħafna xogħol lest u għandek partijiet oħrajn fejn qegħdin fi stadju avvanzat. Nemmnu li l-wegħdiet prinċipali diġà wettaqniehom jew kważi ffinalizzajniehom,” iddikjara d-Deputat Prim Ministru, li tkellem b’sodisfazzjon dwar kif dan huwa Gvern li qed iżomm il-wegħdiet tiegħu.

“Il-proċess li żżomm skrutinju huwa importanti u llum wieħed sar jieħu din il-konsiderazzjoni for granted. Aħna qegħdin hemm biex ikun hemm skrutinju, biex dejjem intejbu il-prestazzjoni tagħna  u nqabblu dak li wettaqna ma’ dak li wegħedna qabel l-elezzjoni,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Ħafna mill-wegħdi jitwettqu permezz tal-baġit u dan il-Gvern daħħal sistema ta’ baġits differenti ferm minn dawk imdorrijin bihom fil-leġiżlaturi li għaddew. “Il-baġit tagħna mhuwiex wieħed ta’ book keeping. Huwa baġit li huwa parti minn pjan. Kull baġit jaħseb għall- ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni għax irridu ġejjieni sostenibbli,” qal id-Deputat Prim Ministru f’intervista li tista’ taqra sħiħa billi tagħfas hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend