Wara San Pietru b’risq il-Community Chest Fund – One News

Notifiki

Wara San Pietru b’risq il-Community Chest Fund

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-istatwa ta’ San Pietru maħduma minn Alfred Camilleri Cauchi fl-1991, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa għada se torganizza diversi attivitajiet, bil-flus miġbura se jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Programm tal-attività:

18.00: Carcade minn fejn il-kazin tal-banda Birżebbuġa mat-toroq ta’ Birżebbuġa bl-istatwa ta’ San Pietru u wara tibqa’ sejra sa xatt is-Sajjieda Marsaxlokk.

19.00: Dawk kolha dilettanti tad-dgħajjes jinġabru fil-bajja ta’ San Gorg Birżebbuga biex imorru għall-Marsaxlokk.

19.15: L-istatwa ta’ San Pietru tittella’ fuq lanċa u tibda dimostrazzjoni akkumpanjata minn dgħajjes u opri tal-baħar mill-Port ta’ Marsaxlokk għal Pretty Bay Birżebbuġa.

Din hi okkazzjoni li hija tradizzjonali f’Birżebbuġa imma dis-sena ser ikun hemm voluntiera mill-MCCF li ser ikunu jduru mad-dgħajjes u jiġbru donazzjonijiet għall-MCCF.

20.10: Tasal il-lanċa mal-moll ta’ fejn il-Waterpolo pitch-Pretty Bay Birżebbuġa fejn tiġi milqugħa mill- banda Birżebbuġa bl-innu popolari.

20.15: Tasal l-Eċċelenza tagħha l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn il-President tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa jgħaddilha d-donazzjonijiet miġbura u wara jkun hemm messaġġ mill-President ta’ Malta.

Il-banda ta’ Birżebbuġa tkompli takkumpanja l-istatwa ta’ San Pietru mat-torroq ewlenin ta’ Birżebbuġa u fl-aħħar ittella’ l-istess statwa fuq pedestall fix-Xatt ta’ Birżebbuġa, fost spettaklu pirotekniku.

Din l-attaività qed tiġi organizzata mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa bil-koperazzjoni tal-Community Chest Fund u mill-Uffiċċju tal–President.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *