Persuni midruba wara inċident f’Tal-Barrani

Għall-ħabta 18.20, seħħ impatt bejn żewġ vetturi tat-tip Renault Megane u Honda Civic fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.

Ir-Renault kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun u miegħu kellu passiġġier ta’ 37 sena, residenti Ħaż-Żabbar.  Filwaqt li l-Honda kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li miegħu wkoll kellu passiġġiera – mara ta’ 27 sena, it-tnejn residenti ż-Żejtun.

Fuq il-post issejħu numru ta’ ambulanzi li ħadu lil dawn il-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.  Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha mhux magħrufa.

Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend