Ir-referee Clattenburg penġihom! – One News

Notifiki

Ir-referee Clattenburg penġihom!

Mhux xi ħaġa daqstant komuni li naraw. Iżda l-Ingliż Clattenburg ħass li kellu jagħmilha. Penġa fuq idu it-tazza tac-Champions League u l-emblema tal-Euro 2016, iżda mhux għax rebaħhom.

Waqt li kien qiegħed fi Spanja għal btala, ir-referee ta’ fama internazzjonali Mark Clattenburg iddeċieda li fuq idu jpenġi dawn iż-żewġ ikoni tal-futbol Ewropew għaliex kien hu li rrefja l-finali ta’ dawn ż-żewġ kompetizzjonijiet Ewropej fl-2016 u b’hekk ħass li kellu jżomm rekordju fuq ġismu ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti.

L-Ingliż ta’ 41 sena penġa l-arma tal-Euro2016 fuq il-‘bicep’ filwaqt li  t-tazza tac-Champions League għamilha ħdejn il-polz. Clattenburg diġà kellu xi tatoos u huwa għalhekk li waqt li jkun qed jirrefja logħba tal-futbol dejjem jilbes komma twila.

Tgħid xi darba jirnexxielu jżid it-tazza tad-dinja fuq idu?

TATOO

TATOO2

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend