Riżenja mill-FIAU: Ebda raġuni mill-allegazzjonijiet tal-PN – One News

Riżenja mill-FIAU: Ebda raġuni mill-allegazzjonijiet tal-PN

Manfred Galdes irriżenja mill-FIAU, Financial Intelligence Analysis Unit, wara li wasal fi ftehim u aċċetta xogħol fis-settur privat. Qal dan il-gvern li sostna li kien infurmat biss bir-riżenja wara li seħħet u li din l-informazzjoni waslet mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU. Dwar din ir-riżenja ħareġ stqarrija l-Partit Nazzjonalista li għamel numru ta’ allegazzjonijiet fosthom b’rabta mal-Panama Papers.

Il-Gvern iddeskriva din l-istqarrija bħala waħda irresponsabbli tal-Partit Nazzjonalista dwar l-FIAU, li kif suppost taf l-Oppożizzjoni hija istituzzjoni indipendenti.

“Galdes ma ta l-ebda raġuni li qed jallegaw il-Partit Nazzjonalista u l-alleati tas-soltu li jinħeba warajhom. Wieħed jifhem li kieku kien il-każ, Galdes kien jistqarr mas-superjuri tiegħu,” qal il-Gvern.

Il-Gvern żied li ma jindaħalx fl-istituzzjonijiet.

“Lanqas ma jindaħal fi kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja. Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jissuġġerixxi li l-Gvern jindaħal, allura għadu ma jistax jifhem l-indipendenza tal-istituzzjonijiet imsemmija,” żied il-Gvern.

Iċ-Chairman tal-FIAU huwa l-Avukat Ġenerali. Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu xi dubji dwar l-Avukat Ġenerali, għandu jagħmilhom pubbliċi immedjatament.

“Il-logħob politiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni juri li qed jippanikja għall-pożizzjoni tiegħu kif kulħadd, anke ta’ madwaru, qed jindunaw li huwa parti minn elite u establishment li l-familji u n-negozji jirrifjutaw,” qal il-gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend