“Fis-sakra” dwar il-każ tas-Sindku li saq xurban – One News

Notifiki

“Fis-sakra” dwar il-każ tas-Sindku li saq xurban

Net News irrapporta li mhux se tkun il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li tisma’ l-każ ta’ libell kontra Anton Refalo mis-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi. Skont Net News, intlaqa’ rikors biex dan is-smigħ ma jsirx quddiem Vella Cuschieri u minflok, il-kawża se tinstema’ quddiem l-Imħallef Lorainne Schembri Orland.

Iżda, il-fatti huma xorta oħra. L-Imħallef Lorainne Schembri Orland se tkun qed tisma’ r-rikors kostituzzjonali li qed iressaq Samuel Azzopardi, biex Vella Cuschieri ma tismax il-każ tiegħu, għax kienet kandidat tal-Partit Laburista.

Din it-talba għadha trid tkun evalwata u kif żvela one.com.mt iktar kmieni matul il-jum, se tkun Schembri Orland, eks kandidat tal-PN, li tisma’ din it-talba.

Huwa wara li tiddeċiedi l-Qorrti preseduta minn din l-Imħallef li nkunu nafu jekk it-talba nlaqgħetx jew le. Tan-NET diġa’ għamluha fatta li iva.

Screen Shot 2016-08-02 at 17.04.42

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

2 Comments

  1. Issa ta’ min jghamel rikors bl-i’stess skuzi biex il-kaz ma jinstemghax quddiem Schembri Orland EX-KANDIDATA TAL-PN biex il gustizzja mhux biss issir imma tidher li qedha issir!

    X’jahseb DR George Hyzler, President tal-Kamara ta’ l’Avukati ?

    Qorti tal- Miki Maws meta tara’ dawn il-kummiedji !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend