‘L-Ingilterra se tibqa’ l-ikbar ħabiba ta’ Malta’ – Michael Fallon – One News

‘L-Ingilterra se tibqa’ l-ikbar ħabiba ta’ Malta’ – Michael Fallon

 

Is-Segretarju tal-Istat għad-Difiża Ingliż Michael Fallon għamel żjara qasira Malta u kellu laqgħat mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela. Fid-diskussjonijiet li saru fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa tkellmu fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Ingilterra, is-sitwazzjoni tas-Sigurta fil-Mediterran b’enfasi partikolari fuq il-Libja, l-immigrazzjoni rregolari u attivititajiet illegali oħra li qed iseħħu fir-reġjun.

Waqt li indirizzaw konferenza għal mezzi tax-xandir, il-Ministru Abela ddeskriva l-laqgħa ta’ Michael Fallon wara r-referendum dwar is-sħubija tal-Ingilterra fil-Unjoni Ewropea bħala sinjal tar-relazzjonijiet ottimi li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa qal li importanti li Malta u l-Ingilterra jibqgħu jaħdmu flimkien mhux biss għal benefiċċju tagħhom imma anke għall-aħjar interess tal-istabilita fil-Mediterran u r-reġjun tal-Lvant Nofsani.

Il-Ministru qal li Malta tapprezza l-opportunitajiet ta’ taħriġ speċjalizzat offrut lis-suldati Maltin f’diversi akkademji militari fl-Ingilterra. Fi żminijiet riċentri madwar 30 membru tal-Forza Maltija ġew mħarrġa f’uħud minn dawn il-kulleġġi inkluż Sandhurst, RAF College Cramwell u Dartmouth Naval College. Hu qal li Malta tħares ‘il-quddiem għat-tisiħiħ ta’ akar minn dawk l-opportunitajiet ta’ taħriġ.

Is-segretarju tal-Istat Ingliż Michael Fallon qal liż-żjara tiegħu f’Malta hija mmirata biex tiċċelebra l-konnessjoni storika li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi li tmur lura żewġ sekli. L-għan huwa li permezz ta’ dawn il-laqgħat bilaterali tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali eċċellenti li teżisti u l-koperazzjoni  biex is-sigurta fil-Mediterrana u l-Ewropa tkompli titjib.

Huwa qal li l-Ingilterra  se tibgħat it-tieni bastiment biex jingħaqad mal-HMS Enterprise fil-Mediterran bħala parti mill-Operazzjoni Sophia bil-għan li tkompli tiġġieled it-traffikar tal-persuni.

Fallon qal “L-Ingilterra hija kburija li fil-qasam tad-difiża hija waħda mill-imsieħba bilaterli qrib Malta.  Hija kburija li diversi suldati Malti qed jieħdu t-taħriġ tagħhom fl-Ingilterra. Irridu nibqgħu l-aqwa ħabib ta’ Malta”.

Il-Kummissarju Għoli Ingliż Rob Luke u l-Kap Kmandant Jeffrey Curmi akkumpanjaw lill-Onorevoli Abela u Fallon waqt din iż-żjara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend