Is-Sindku li saq xurban jinsisti li jbiddel il-Maġistrat – One News

Is-Sindku li saq xurban jinsisti li jbiddel il-Maġistrat

Samuel Azzopardi, is-Sindku tar-Rabat li nstab ħati li saq xurban, qed jinsisti li jbiddel il-Maġistrat f’kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Ministru Anton Refalo. Wara li t-talba tiegħu kienet miċħuda, issa fetaħ każ fejn qed jilmenta li bil-fatt li l-kawża tiegħu kienet assenjata lil Joanne Vella Cuschieri inkisirlu d-dritt fundamentali tiegħu.

Dan għax fil-passat Vella Cuschieri kienet kandidat tal-Partit Laburista. Peró meta saret l-ewwel talba fil-Qorti, l-avukat tiegħu, Jason Azzopardi għamilha ċara li ma kienx ikollu diffikulta bil-Maġistrat Paul Coppini, eks kandidat Nazzjonalista.

L-aġir tal-avukat Jason Azzopardi, li nzerta huwa wkoll il-kelliem tal-ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista, qed iqajjem ħafna mistoqsijiet fil-kurituri tal-Qorti.

Jason Azzopardi mhux l-ewwel darba li għamel pressjoni mhux xierqa fuq il-Qorti. F'dan ir-ritratt infakkru meta sejjaħ in-nies quddiem il-bini biex jagħmel pressjoni fuq Maġistrat.
Jason Azzopardi mhux l-ewwel darba li għamel pressjoni mhux xierqa fuq il-Qorti. F’dan ir-ritratt infakkru meta sejjaħ in-nies quddiem il-bini biex jagħmel pressjoni fuq Maġistrat.

Anke għax diġa’ hemm sentenzi li tkellmu b’mod ċar dwar ċirkostansi simili.

Ilbieraħ il-gazzetta KullĦadd irrapportat kif Imħallef irtirat ta’ ċertu esperjenza qal mal-gazzetta li l-mod kif fl-aħħar ġimgħat ipprova juża l-politika biex jinfluwenza għażla ta’ ġudikant ħassbet mhux ftit esponenti fis-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna.

Iżda, iktar minn hekk, hemm sentenzi tal-Qorti li jġibu fix-xejn l-argumenti legali ta’ Jason Azzopardi.

F’sentenza f’każ ieħor fejn saret talba simili l-Imħallef Mark Chetcuti nnota wkoll kif il-ġudikant hu għal kollox estranju għall-mekkaniżmu li bih kawża tkun assenjata. Il-Qorti kienet fakkret ukoll kif ġudikant għandu responsabbiltà akbar u b’obbligu solenni li għalih ikkommetta ruħu b’ġurament, ipoġġi fil-ġenb kull opinjoni jew fehma personali biex b’kuraġġ, b’saħħa u b’kuxjenza safja jqis li ssir ġustizzja sa fejn tippermettilu l-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

4 Comments

  1. When you are a subject of controversy you should keep a low profile. This mayor and his lawyer are just reminding us of Busuttil’s mind-boggling decision re. The mayor and their party’s non-existent standards!

  2. Milli jidher dan is-sindku nazzjonalista ghadu fis-sakra.U milli jidher anke id-deputat nazzjonalista Jason il-fekruna tax-xemxija qieghed ikun imlahlah ukoll.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend