Notifiki

F’qagħda kritika wara li pruvaw jixegħlu l-mutur tad-dinghy

Illum, għall-ħabta ta’ 13:00p.m, żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li sofrew xi ġrieħi fil-bajja tal-Armier limiti tal-Mellieħa.

Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija jidher li waqt li żewġt irġiel kienu qed jippruvaw jixgħelu l-mutur ta’ dinghy li kienu fuqu, għal xi raġuni tar xi spark bil-konsegwenza li t-tnejn li huma sofrew xi ħruq.

Jidher li l-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna mill-qraba tagħhom stess u ttieħdu fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa għall-kura.  Sussegwentement huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Iż-żewġt irġiel – wieħed ta’ 28 sena residenti l-Marsa u ieħor ta’ 33 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ ġew iċċertifikati li jinsabu f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend