Notifiki

Busuttil u l-establishment tiegħu jibqgħu negattivi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, f’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra ħareġ ibeżża’ u jattakka investiment fil-qasam tas-saħħa ta’ €200 miljun  li ser jibbenefika minnu l-poplu Malti u Għawdxi mingħajr joħroġ ċenteżmu, filwaqt li l-ħaddiema kollha għandhom xogħolhom garantit , b’aktar opportunitajiet għal futur.

Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li permezz ta’ dan l-investiment ser ikollna kwalita’ aħjar tas-saħħa b’investiment fl-Isptar ta’ Għawdex, u l-isptarijiet San Luqa u Karin Grech li għal ħafna snin, anke fi żmien meta Busuttil kien viċi Kap tal-PN,  tħallew fi stat ta’ telqa .

Dan mhux biss qed jgħidu dan l-Gvern , izda ukoll eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista Albert Fenech li qal li qed idejquh l-istejjer ivvintanti u affarijiet li n-nies jestrapolaw u jimmaġinaw dwar dawn il-proġetti tas-saħħa.

Albert Fenech għazel li jkun ‘il bogħod min-negattivita’ li l-Kap tal-Oppożizzjoni ilu għaddej biha tul din il-legiżlatura u intensifikat tul dawn l-aħħar seba’ xhur hekk kif dan il-Gvern qed iwettaq wegħda elettorali wara l-oħra.

Huwa ċar li Simon Busuttil u l-estbalishment politiku tieghu , huma l-unici li qed jagħżlu li jibqgħu negattivi fuq investimenti bħal dawn u qed jispiċċaw iżolati minn dak li verament qed iħoss il-poplu Malti u Għawdxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend