Studenti b’żieda ta’ €62 fix-xahar fl-istipendju – One News

Studenti b’żieda ta’ €62 fix-xahar fl-istipendju

Minn Awwissu li ġej l-istudenti li qed isegwu kors ta’ baċellerat fil-farmaċewtika, fl-Università ta’ Malta se jibbenefikaw minn żieda sostanzjali fl-istipendju tagħhom .

Sa dan ix-xahar l-istudenti kienu qed jirċievu stipendju ta’ tlieta u tmenin ewro fix-xahar.

Il-gvern se jżid dan l-istipendju b’aktar minn €62. Biex issa l-istudenti tal-farmaċewtika se jirċievu €146. L-istudenti tal-farmaċewtika se jibbenefikaw ukoll minn żieda ta’ €233 fl-għotja li jagħti l-gvern fil-bidu tas-sena akkademika fl-Universita’ ta’ Malta.

F’Settembru li ġej l-gvern se jalloka wkoll €690 f’għotja għal kull student tal-farmaċewtika.

Din l-għotja hija inċentiv mill-gvern biex lill-istudenti ilaħħqu mal-ispejjez edukattivi tagħhom tul is-sena akkademika. Is-sena li għaddiet l-istudenti tal-farmaċewtika kienu irċivew għotja ta’ €465.

L-inċentivi għall-istudenti tal-farmaċewtika huma parti mill-istrateġija tal-gvern biex jinkoraġixxi studenti ikomplu jistudjaw fix-xjenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Tajjeb hafna li jinghataw dan l-incentiv imma allura l-istudenti tal-medicina u d-dentistrija ma haqqhomx ukoll? Forsi dawn m’hawnx bzonnhom ukoll?

  2. The increase should be widened across the board. Mux kolla jistinkaw , u kolla ghandna bzonnom ? Joseph should be wise in this matter as it will mean that Labour is open to the young generation in contrast with the PN who never increased a cent in stipends.

Leave a Reply to robert pace Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend