Malta bl-iktar gvern fdat fl-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

Malta bl-iktar gvern fdat fl-Unjoni Ewropea

Il-gvern Malti huwa l-iktar fdat fl-Unjoni Ewropea u saħansitra l-poplu Malti għandu iktar fiduċja fil-gvern milli għandu fil-Parlament jew fl-Unjoni Ewropea. Dan irriżulta minn stħarriġ xjentifiku li jsir għall-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-Eurobarometer.

Jirriżulta li 55% tal-poplu Malti għandu fiduċja fil-gvern, filwaqt li hija biss minoranza ta’ 32% li qalet li ma tafdax lill-gvern. 13% qalu li ma jafux. Dawn ir-riżultati jikkuntrastaw bil-kbir ma’ dawk fl-Unjoni Ewropea fejn kienu biss 27% taċ-ċittadini li qalu li jafdaw lill-gvern bi 68% iddikjaraw li le. 5% qalu li ma jafux.

fiducjafvern

Jekk wieħed iħares lejn il-fiduċja fil-Parlament Nazzjonali jsib li 49% tal-Maltin għandhom fiduċja f’dan il-parlament u 36% le. 15% ddikjaraw li ma jafux. 52% wieġbu li għandhom fiduċja fl-Unjoni Ewropea u 29% qalu li le.

Il-Maltin għandhom jemmnu li l-immigrazzjoni hija l-iktar kwistjoni li tħassibom, bix-xogħol u l-ekonomija fost l-inqas li jissemmew.

Dan f’riflessjoni tal-qagħda ekonomika tajba f’pajjiżna u hawn ukoll ir-riżultat hu differenti mill-bqija tal-Ewropa. Fil-fatt 80% tal-Maltin qalu li l-ekonomija sejra tajjeb. Dikjarazzjoni li għamluha biss 39% tal-Ewropej. Biex fl-istess ħin 83% qalu li l-qagħda finanzjarja fid-dar tagħhom hija tajba u 66% taw l-istess tweġiba għax-xogħol tagħhom.

sitwazz

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

4 Comments

  1. X’mankunx kburi li jien Malti. Hekk hu nisthi li jien Malti, kif kien qal Gonzi, jekk jitla Gvern Laburista.

  2. Bil-provi li Malta l-aqwa fl-Ewropa bhall ma kien jejd Joseph Muscat qabel l-elezzjoni ta 9/3/2013, dak li jwied iwettqu

  3. Tgid il-gazetta “indipendenti” it-Times ha tiiripetta il-qarreja taghha u iggiba din l-ahbar?!

    Ma nilghabx flus fuqha jien.

    Bilhaqq! Simply Bombastic (SB) ma kienx qal li dritt gol hajt jekk jitla il-PL?! Ma kienx qal ukoll li immorru ghal-bailout?!

    SB ghandu ricetta formidabli kif il-kap tal-PATPIJT Nazzjonalista, jghid il-paprati u jitlef il-kredibita’ fl-inqas perjodu ta’ zmien possibli.

    Ibqa sejjer hekk Simon u tasal fit-tarf, wara li tasal pass iehor ikun jonqsok.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend