Ebda suspett ta’ ‘foul play’ fil-każ tal-Ġermaniż – One News

Ebda suspett ta’ ‘foul play’ fil-każ tal-Ġermaniż

Il-pulizija għadha qed tipprova tistabilixxi x’seħħ biex il-Ġermaniż Mike Mansholt spiċċa taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Peró sorsi fil-Korp tal-Pulizija spjegaw li qed ikun eskluż kważi għal kollox li f’dan il-każ kien hemm dak magħruf bħala ‘foul play’, li jfisser l-involviment  ta’ persuna oħra.

Mansholt kien għal btala f’Malta u kien meta ma marx lura pajjiżu li sar ir-rapport li kien nieqes u bdiet tfittxija intensiva għalih.

Tfittixija li fis-sigħat li ġejjin mistennija tkompli. Din id-darba mhux għall-persuna iżda għal basket li kellu ż-żagħżugħ, meqjus bħala avventuruż. Hija x-xewqa tal-investigaturi li jkollhom il-mobile taż-żagħżugħ fil-pussess tagħhom bil-għan li jkunu jafu x’seta’ ġara fil-mumenti qabel iż-żagħżugħ spiċċa qalb il-blat iebes tal-irdum, fejn eventwalment instab bla ħajja. Li kompla jqajjem mistoqsijiet hu l-fatt li l-ħsara fuq ir-rota tiegħu mhix  ħsara li wieħed jistenna meta jkun hemm waqa’ mill-ogħli.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend