ĊARI kontra l-pjan ta’ Busuttil għan-nofsinhar ta’ Malta

Permezz ta’ mozzjoni, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa vvota biex jikkundanna kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq l-espansjoni tal-Port Ħieles.
Il-mozzjoni għaddiet b’erba’ voti favur u tnejn kontra.

Saret b’referenza għal fatt li Simon Busuttil qal li “ixxokja ruħu” meta sema lill-Prim Ministru jgħid li ma jaqbilx li jitkabbar il-Freeport. Għalhekk bi kliemu stess żvela kemm huwa kommess li jżid it-tniġġiż fin-naħa ta’isfel ta’ Malta.
Il-Kunsilliera Laburisti vvotaw favur il-mozzjoni ta’ kundanna għal dan il-kliem, filwaqt lil-dawk Nazzjonalisti, inkluż Hermann Schiavone, ivvotaw kontriha. Schiavone, kandidat tal-PN, insista li ma jafx minn fejn il-kunsill ikkonkluda li Simon Busuttil irid ikabbar il-Port Ħieles fuq art ODŻ. Filwaqt li ressaq kontro-mozzjoni, saħaq li tkabbir tal-operat ma jfissix tkabbir fil-footprint.
Iżda residenti ta’ Birżebbuġa, u wara kollox il-poplu Malti, jaf li tkabbir ta’ operat ifisser bżonn ta’ iktar art, iktar storbju, u iktar inkonvenjent. Dan apparti li jibqgħu konxji li Simon Busuttil kien parti integrali mill-Gvern li fin-nofsinhar ta’ pajjiżna ra li jkun hemm powerstations, impjant taż-żibel, impjant tad-drenaġġ, u tant oħrajn.
Il-kontra-mozzjoni kienet emendata biex tinkludi suġġeriment tal-kunsilliera Leanne Grech, li qalet li għandhom isiru  studji dwar freeports barra minn Malta dwar kif żviluppaw l-operat tagħhom. Għalkemm il-kontramozzjoni m’għaddietx lkoll qablu li dawn it-tip ta’ studji għandhom isiru.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Huwa carissmu li bhal predecessuri tieghu Busuttil jara Lin-nofsinhar ta’ Malta bhala mizbla. Huwa car ukoll li ma ghandu l-ebda problema bl-izvilupp fuq art vergni u ODZ! X’ ipokresija! Ara min qatt jista’ jiehdu bis- serjeta’!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend