Sentejn ħabs u estradizzjoni – One News

Sentejn ħabs u estradizzjoni

Ħaddiem tal-kostruzzjoni mis-Serbja kien ikkundannat sentejn ħabs wara li wieġeb ħati għal akkuża ta’ serq ta’ €3,950 minn ħanut tal-logħob fl-Imsida.  Il-Każ imur lura għal bidu ta’ Lulju meta Dejan Lijeskic ta’ 39 sena nqabad jistaħba f’sit tal-kostruzzjoni wara li wettaq ir-reat.  Dan kien pront jiċħad l-akkużi ta’ serq, iżda wara li biddel il-verżjoni tal- istprka wieġeb ħati.

Waqt l-għoti tas-sentenza il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech uriet tħassib dwar żieda riċenti f’dawk li huma reati mwettaq minn ċittadini barranin f’pajjiżna. Intant, fid-deċiżjoni tagħha din ikkunsidrat ir-rekord kriminali tal-imputat u il-fatt li għandu diversi karti tal-identifikzzjoni differenti. Il-Maġistrat ordnat ukoll li s-Serbjan ikun estradit lejn pajjiżu wara li jtemm is-sentenza ta’ ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. prosit Donatella imma li kieku kont nestradieh mil-ewwel biex ma joqghodx jiekol minn fuq dahrna,hekk tridu taghmlu jiguestraditi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend