Front Ħarsien ODZ jilqa’ dikjarazzjoni tal-Prim Ministru – One News

Front Ħarsien ODZ jilqa’ dikjarazzjoni tal-Prim Ministru

Il-Front Ħarsien ODZ laqgħu id-deċiżjoni tal-gvern, kif ikkomunikata mill-Prim Ministru, li tkun eskluża art ODZ mill-espansjoni tal-Port Ħieles f’Birżebbuġa. Dan għax il-Prim Ministru, b’kuntrast mal-Kap tal-Oppożizzjoni, għamilha ċara li ma jridx il-Port Ħieles jikber fuq in-naħa tar-residenti.

“Minbarra l-fatt li kull estensjoni għandha ssir f’żoni diġa’ mmarkati għal żvilupp, huwa ċar ukoll li l-operat tal-Port Ħieles għandu impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies tal-komunità ta’ Birżebbuġa,” qal il-Front ODZ.

Għal darb oħra Front Ħarsien ODZ talab pjan nazzjonali dwar faċilitajiet ta’ ħażna biex ikun hemm sostenibbiltà għas-settur tal-importazzjoni u l-esportazzjoni li huma elementi importanti ta’ ekonomija diversifikata.

Intqal li biex dan jintlaħaq dan is-settur irid jingħata prijorità fl-allokazzjoni ta’ art użata li tista’ tintuża.

Front Ħarsien ODZ reġa’ ħa l-okkażjoni biex jgħid li l-gvern m’għandux juża ODZ, lanqas għall-proġett tal-Università Amerikana.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. U sadnitant dak il-partit li tant ippoża ta’ difensur tal-ODZ sa dalgħodu qed jikkritikal-Prim Ministru u jgħid : ” Dwar il-Freeport, il-Partit Nazzjonalista jemmen li din l-istorja ta’ suċċess m’għandiex titwaqqaf ħesrem, sempliċiment għaliex Muscat iddeċieda hekk. Mill-Freeport jiddependi l-għixien ta’ mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin, li mhux biss għandhom jiġu assigurati, iżda jkomplu jiżdiedu.”
    Issa nistennew dawk l-NGO li ssoltu joħorġu jiġru jikkundnnaw lill-Gvern, li jitrattaw l-istess lill-Oppożizzzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend