L-essenza fil-fliexken iż-żgħar… nittamaw! – One News

Notifiki

L-essenza fil-fliexken iż-żgħar… nittamaw!

Ta’ spiss innutajna Prim Ministri Maltin jidhru kemmxejn iqsar mill-mexxejja bħalhom f’pajjiżi oħra meta jippożaw għal xi ritratt. Din waħedha hija xhieda ta’ kemm l-irġiel Maltin huma iqsar minn irġiel f’pajjiżi oħra, iżda issa hija ikkonfermata mill-istatistika.

Skont il-pubblikazzjoni eLife, l-irġiel Maltin huma fit-72 post fost 187 pajjiż fejn jidħol it-tul. L-itwal huma l-irġiel Olandiżi (medja ta’ 183 ċm tul)  u n-nisa mil-Latvia (medja ta’ 170 ċm tul).

Hawn tieħdu ħjiel ta’ min hu itwal u min hu iqsar minnha.

Screen Shot 2016-07-26 at 14.40.34

Interessanti li l-irġel Iranjani u dawk tal-Korea ta’ Isfel twalu b’medja ta’ 16ċm u 20ċm mill-1914 ‘l hawn. Fir-Renju Unit, in-nies twalu bi 11-il ċentimetru, filwaqt li fl-Istati Uniti twalu b’inqas (6ċm fil-każ tal-irġiel, u 5ċm fil-każ tan-nisa).

L-iqsar irġiel fid-dinja ssibhom f’East Timor (medja ta’ 160ċm) u l-iqsar nisa fil-Guatemala (medja ta’ 140cm).

Fiċ-ċirkostanzi, nittamaw li missirijietna kienu korretti meta qalu li l-essenza tinsab fil-fliexken iż-żgħar.

primqasir

gonziqasir

MLCPqasira

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend