Aħna fost l-aktar siguri! – One News

Notifiki

Aħna fost l-aktar siguri!

Żmien is-safar qiegħed fl-aqwa tiegħu u bosta Maltin jagħżlu li jsiefru biex igawdu l-vaganzi tagħhom. Iżda fid-dawl li bosta pajjiżi fl-Ewropa qed jħabbtu wiċċhom ma’ attakk terroristiku wara l-ieħor huma l-bosta li qed jaħsbuha darbtejn qabel jaqtgħu l-biljett tagħhom.

Huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk pajjiż huwiex sigur! Express.co.uk għamlet riċerka ibbażata fuq informazzjoni provduta mill-Gvern dwar is-sigurta’ fil-pajjiżi Ewropej.

Picture1

Din il-lista turi liema pajjiżi għandhom l-ogħla livell ta’ theddida terroristika li fosthom insibu pajjiżi bħal Franza, l-Ingilterra, l-Ġermanja u Franza. F’pajjiżi qrib tagħna fosthom fl-Italja minkejja li l-livell ta’ theddida huwa wieħed medju xorta waħda nsibu attivita’ terroristika.

Fortunatament, pajjiżna huwa meqjus bħala wieħed mill-iżjed pajjiżi siguri fl-Ewropa. Dan ifisser li pajjiżna mhux biss sigur għalina l-Maltin iżda wkoll għat-turisti li jkunu qegħdin ifittxu fejn se jmorru bħala vaganza.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend