Notifiki

Tibda t-tfittxija għall-Ġermaniż f’Selmun

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili għaddejjin b’tfittxija intensiva biex jinstab il-ġuvni ta’ 18-il sena li huwa ta’ nazzjonalita Ġermaniża. Membri mis-sezzjoni tal-K9, sezzjoni marritima, USAR u volontiera bdew it-tfittxija tagħhom fir-reġjun tat-Tramuntana bl-assistenza tal-Forzi Armati.

L-aħħar li deher kien libes flok blu ċar, bermuda griż b’linji wisgħin suwed fil-ġenb, żarbun iswed u basket iswed. Dan iż-żgħażugħ kien qed jagħmel ukoll użu minn rota ta’ lewn iswed bil-blu.

Dawn ir-ritratti juru l-ħaddiema jiftehmu kif se jinqasmu għat-tfittxija fiż-żona ta’ Selmun.

Aktar kmieni: AĠĠORNATA: Aħna mhux se niefqu nfittxuk

mike_copy

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend