Ġuvni ta’ 18-il sena bi ġrieħi gravi, jittajjar minn karozza – One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 18-il sena bi ġrieħi gravi, jittajjar minn karozza

Ġuvni Taljan ta’ tmintax-il sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura.

L-inċident seħħ il-Ħadd fit- 3.30a.m ta’ filgħodu fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni, it-Taljan intlaqat minn vettura tat-tip Opel, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Kalkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-Taljan l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend