Fil-pjazza tar-raħal tagħna ta’ kull filgħaxija… – One News

Notifiki

Fil-pjazza tar-raħal tagħna ta’ kull filgħaxija…

Sabiħa d-diska. Mingħalija ta’ Enzo Gusman. Ftakart f’din id-diska wara li rajt stqarrija ta’ ħu Chris Said. Donnu qed jiddejjaq naqra. Qed jistħi.

In-nies fuq iz-zuntier tal-Knisja qed jitkellmu imma mhux fuq il-midalji li ħadu, qed jitkellmu fuq il-ħnizrijiet tal-Ganga. Qed jitkellmu fuq il-Ganga Styles.

Is-Sindku tan-Nadur ikanta l-vers ‘fil-Pjazza tar-Raħal tagħna’ u ħuħ l-ieħor ikanta ‘nirringrazzja lil Mulej (li ħija) għadu għaddej.’(Bir-rima wkoll). Għax jekk jieqaf ħuħ daqshekk jieħu xogħol. Ħu Chris Said, maqbud f’morsa ta’ paniku qed jitlef il-beat imma. Għax kif tista’ tigdeb jekk kollox qiegħed iswed fuq l-abjad?

  • Jiċħad li bejn l-2013 u April li għadda ħuħ l-ieħor ħa mal-139 biċċa xogħol?
  • Jiċħad li l-kumpanija tal-familja ħadet Direct Orders?
  • Jiċħad li ħuħ l-ieħor jew hu, waqt li servew bħala Sindki ċċertifikaw ix-xogħol ta’ ħuhom stess?
  • Jiċħad li minkejja li suppost bil-liġi kellu jitwaqqaf kumitat dwar finanzi, dan għadu ma sarx?
  • X’inhi r-raġuni?
  • Jiċħad li ngħataw xogħolijiet lil kumpanija hija struck off?
  • Hija din il-governanza tajba li jitkellem tant Simon Busuttil fuqha?

Dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni beda jitkellem fuq il-biża’. Ħabbat tajjeb li qajjem din il-materja, għax jidher ċar li huwa mwerwer milli jieħu azzjoni fuq tal-Ganga. X’hemm differenti bejn Chris Said u Giovanna Debono? Qed jinduna l-Kap tal-Oppożizzjoni li kull kelma li qal, waqgħet agħar minn Kastel mibni fuq ir-ramel wara li jintlaqat?

Simon Busuttil qed jibqa’ jiddefendi lil min intervjena direttament minn fuq bordijiet, lil min qrabatu taw xogħol lil ħuhom l-ieħor, lil min iċ-ċertifikazzjoni jagħmluha ħutu stess, lil minn qas l-awditur ma emmnu, min alloka fondi meta flus ma kienx hemm, lil min bħalu flok mar għand il-Pulizija baqa’ jostor lil min kien involut f’każ li llum qiegħed il-Qorti.

L-aħwa Said sew jekk ikantaw Gangnam Style jew inkella d-diska ta’ Enzo jagħmlu tajjeb jindunaw li xi darba jew oħra kull diska tintefa u tispiċċa.

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

1 Comment

  1. Jien naħseb li s-serduq mhux tliet darbiet se jidden għal Simon bħal ma kien għamel għal San Pietru, imma ma jieqafx sekonda.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend